+ANNESS I INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN IPPROVDUTA FL-APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI
|
ANNESS I INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN IPPROVDUTA FL-APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI
ANNESS I
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN IPPROVDUTA FL-APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a)
|
l-isem sħiħ tal-applikant, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni tiegħu, is-sit web tal-applikant u, jekk ikun disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika (legal entity identifier, LEI) tal-applikant;
|
|
(b)
|
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ persuna ta’ kuntatt għand l-applikant;
|
|
(c)
|
l-istatus legali tal-applikant;
|
|
(d)
|
l-istruttura tas-sjieda tal-applikant;
|
|
(e)
|
l-identità tal-entitajiet fl-istruttura tas-sjieda tal-applikant li se jipprovdu klassifikazzjonijiet ESG jew kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 16(1);
|
|
(f)
|
l-identità tal-membri tal-maniġment superjuri tal-applikant u l-livell ta’ kwalifika, esperjenza u taħriġ tagħhom;
|
|
(g)
|
l-għadd ta’ analisti ta’ klassifikazzjoni, impjegati u persuni oħrajn li jaħdmu għall-applikant li huma direttament involuti fl-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, u l-livell ta’ esperjenza u taħriġ tagħhom;
|
|
(h)
|
il-kopertura mistennija tas-suq tal-klassifikazzjonijiet ESG;
|
|
(i)
|
deskrizzjoni tal-proċeduri u l-metodoloġiji użati għall-ħruġ u r-rieżami tal-klassifikazzjonijiet ESG implimentati mill-applikant, jekk l-applikant jistenniex li juża l-informazzjoni divulgata skont ir-Regolament (UE) 2019/2088 u d-Direttiva 2013/34/UE, u jekk l-applikant hux qed jistenna li juża metodoloġiji li huma bbażati fuq evidenza xjentifika u jqis il-miri u l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi jew kwalunkwe ftehim internazzjonali rilevanti ieħor;
|
|
(j)
|
il-politiki jew il-proċeduri implimentati mill-applikant biex jidentifika, jimmaniġġa u jiddivulga kwalunkwe kunflitt ta’ interess kif imsemmi fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(k)
|
fejn applikabbli, dokumenti u informazzjoni relatati ma’ kwalunkwe arranġament ta’ esternalizzazzjoni eżistenti jew ippjanat għal attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament;
|
|
(l)
|
fejn applikabbli, informazzjoni dwar attivitajiet oħra, inkluża l-approvazzjoni mistennija, imwettqa mill-applikant, jew li l-applikant biħsiebu jwettaq.
|
|
(m)
|
fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-miżuri speċifiċi implimentati mill-applikant kif imsemmi fl-Artikolu 16(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(n)
|
fejn applikabbli, informazzjoni dwar attivitajiet preċedenti ta’ klassifikazzjoni ESG.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|