+1. Divulgazzjonijiet minimi lill-pubbliku

1. Divulgazzjonijiet minimi lill-pubbliku

1.   Divulgazzjonijiet minimi lill-pubbliku

F’konformità mal-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom, bħala minimu, jiddivulgaw lill-pubbliku fuq is-sit web tagħhom u permezz tal-Punt ta’ aċċess uniku Ewropew (European Single Access Point, ESAP) dan li ġej:

(a)

ħarsa ġenerali lejn il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni użati u l-bidliet fihom, inkluż jekk l-analiżi tħarisx lura jew tħarisx ’il quddiem u l-perjodu taż-żmien kopert;

(b)

il-klassifikazzjoni tal-industrija użata;

(c)

ħarsa ġenerali lejn is-sorsi tad-data, inkluż jekk id-data nkisbitx minn dikjarazzjonijiet ta’ sostenibbiltà meħtieġa skont id-Direttiva 2013/34/UE jew minn informazzjoni divulgata skont ir-Regolament (UE) 2019/2088, u jekk is-sorsi humiex pubbliċi jew mhux pubbliċi, u ħarsa ġenerali lejn il-proċessi tad-data, l-istima tad-data tal-input f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà u l-frekwenza tal-aġġornamenti tad-data;

(d)

l-istruttura tas-sjieda tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG;

(e)

informazzjoni dwar jekk u kif il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni huma bbażati fuq evidenza xjentifika;

(f)

informazzjoni dwar l-objettiv definit b’mod ċar tal-klassifikazzjonijiet ESG u l-immarkar ta’ jekk il-klassifikazzjoni hijiex qed tivvaluta r-riskji, l-impatti, jew it-tnejn, skont il-prinċipju ta’ materjalità doppja, jew kwalunkwe dimensjoni oħra, u fil-każ ta’ materjalità doppja l-proporzjon tar-riskju u l-materjalità tal-impatt;

(g)

l-ambitu tal-klassifikazzjoni ESG, jiġifieri jekk tkoprix fattur E, S, jew G individwali jew jekk hijiex klassifikazzjoni aggregata li taggrega l-fatturi E, S u G, jew jekk tkoprix kwistjonijiet speċifiċi bħar-riskji ta’ tranżizzjoni;

(h)

fil-każ ta’ klassifikazzjoni ESG aggregata, il-ponderazzjoni tat-tliet kategoriji ġenerali tal-fatturi E, S u G (pereżempju 33 % għal fattur E, 33 % għal fattur S, 33 % għal fattur G), u l-ispjegazzjoni tal-metodu ta’ ponderazzjoni, inkluż il-piż għal kull kategorija E, S u G individwali;

(i)

fi ħdan il-fatturi E, S jew G, l-ispeċifikazzjoni tas-suġġetti koperti mill-klassifikazzjoni ESG, u jekk jikkorrispondux għas-suġġetti mill-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà żviluppati skont l-Artikolu 29b tad-Direttiva 2013/34/UE;

(j)

informazzjoni dwar jekk il-klassifikazzjoni hijiex espressa f’valur assolut jew relattiv;

(k)

fejn applikabbli, referenza għall-użu tal-intelliġenza artifiċjali fil-proċess tal-ġbir tad-data jew tal-klassifikazzjoni, inkluża informazzjoni dwar limitazzjonijiet u riskji attwali tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali;

(l)

informazzjoni ġenerali dwar il-kriterji użati għall-istabbiliment tat-tariffi imposti fuq il-klijenti, li tispeċifika d-diversi elementi kkunsidrati, u informazzjoni ġenerali dwar il-mudell tan-negozju/tal-ħlas;

(m)

kwalunkwe limitazzjoni fis-sorsi tad-data u metodoloġiji użati għall-kostruzzjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG;

(n)

ir-riskji ewlenin tal-kunflitti ta’ interess u l-passi meħuda biex jittaffew;

(o)

jekk klassifikazzjoni ESG ta’ element ikklassifikat tkopri l-fattur E, informazzjoni dwar jekk dik il-klassifikazzjoni tqisx il-miri u l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi jew kwalunkwe ftehim internazzjonali rilevanti ieħor;

(p)

jekk klassifikazzjoni ESG ta’ element ikklassifikat tkopri l-fatturi S u G, informazzjoni dwar jekk dik il-klassifikazzjoni tqisx kwalunkwe ftehim internazzjonali rilevanti;

(q)

kwalunkwe limitazzjoni dwar l-informazzjoni disponibbli lill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.