+SECTION 8 CONTENTS OF THE NOTES ON THE ACCOUNTS
---+Article 40
------+Article 40 1.
------+Article 40 2.
------+Article 40 3.
------+Article 40 4.
------+Article 40 5.
------+Article 40 6.
------+Article 40 7.
---+Artikolu 41
------+Article 41 1.
------+Article 41 2.

SECTION 8 CONTENTS OF THE NOTES ON THE ACCOUNTS

SECTION 8 CONTENTS OF THE NOTES ON THE ACCOUNTS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 40
Artikolu 41

Artikolu 41

1.  L-informazzjoni preskritta fl-Artikolu 15 (3) tad-Direttiva 78/660/KEE għandha tingħata fir-rigward ta’ attiv miżmuma bħala attiv fissi kif definit fl-Artikolu 35 ta’ din id-Direttiva. L-obbligu li jintwerew l-aġġustamenti tal-valur separatament m’għandux, madanakollu, japplika meta Stat Membri jkun ippermetta kumpens-b’bilanċ bejn l-aġġustamenti tal-valur skond l-Artikolu 34 (2) ta’ din id-Direttiva. F’ dak il-każ aġġustamenti tal-valur jistgħu jiġu kkumbinati ma punti oħrajn.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħtu l-informazzjoni li ġejja kif ukoll in-noti tal-kontijiet tagħhom:

(a) tqassim tat-titoli trasferibbli murija taħt il-punti 5 sa 8 ta’ l-Attiv f’titoli elenkati u mhux elenkati;

(b) tqassim tat-titoli trasferibbli murija taħt il-punti 5 u 6 ta’ l-Attiv f’titoli li, skond l-Artikolu 35, huma miżmuma jew mhumiex miżmuma bħala attiv finanzjarju fiss u l-kriterju wżat biex ikun hemm distinzjoni bejn iż-żewġ kategoriji ta’ titoli trasferibbli;

(ċ) il-valur ta’ transazzjonijiet ta’ kiri, mqassma bejn il-punti rilevanti tal-BalanceSheet;

(d) tqassim tal-punt 13 ta’ l-Attiv, il-punt 4 tal-Passiv, il-punti 10 u 18 fil-format vertikali jew A 6 u A 11 fil-format oriżżontali u l-punti 7 u 17 fil-format vertikali jew B 7 u B9 fil-format oriżżontali fil-kont tal-qligħ u t-telf fl-ammonti tal-komponenti ewlenija tagħhom, meta dawn l-ammonti jkunu mportanti għall-iskop ta’ valutazzjoni tal-kontijiet annwali, kif ukoll l-ispjegazzjonijiet tan-natura u l-ammont tagħhom;

(e) il-piżijiet imħallsa għal kont tal-passiv sub-ordinati minn istituzzjoni ta’ kreditu fis-sena li tkun qiegħda tiġi riveduta;

(f) il-fatt li istituzzjoni tipprovdi servizzi ta’ amministrazzjoni u aġenzija lil partijiet terzi meta l-iskala tan-negozju ta’ dak it-tip tkun materjali fir-rigward ta’ l-attivitajiet l-istituzzjoni in ġenerali;

(g) l-ammonti aggregati ta’ attiv u passiv denominati f’munita barranija, tradotti fil-munita li fiha il-kontijiet annwali jkunu mħejjija;

(h) dikjarazzjoni tat-tipi ta’ transazzjonijiet bil-quddiem li ma jkunux immaturaw li jkunu pendenti fid-data tal-BalanceSheet, b’mod partikolari, għal kull tip ta’ transazzjoni, sew jekk ikunu magħmula għal skop materjali sabiex jittaffew l-effetti tal-movimenti fir-rati ta’ l-imgħax, rati tal-kambju u prezzijiet tas-suq, u sew jekk dawn ikunu magħmula għal skop materjali għall-għanijiet ta’ ttrattar. Dawn it-tipi ta’ transazzjonijiet għandhom jinkludu dawk kollha li b’konnessjoni magħhom, id-dħul jew l-infiq għandu jiġi nkluż fl-Artikolu 27, il-punt 6, l-Artikolu 28, il-punti A 3 jew B4 jew l-Artikolu 29 (3), per eżempju, muniti barranija, metalli prezjużi, titoli trasferibbli, ċertifikati ta’ depositu u attiv oħrajn.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.09.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:31986L0635
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.