+1. It-tikketta tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi li jitqiegħdu fis-suq għandu jkun fiha …

1. It-tikketta tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi li jitqiegħdu fis-suq għandu jkun fiha …

1.

It-tikketta tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi li jitqiegħdu fis-suq għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

numru tat-tip, numru tal-lott jew element ieħor li jiżgura t-traċċabbiltà tal-prodott;

(b)

l-identifikatur uniku tal-formula għad-deterġenti jew għall-aġenti tensjoattivi għall-utenti finali ppreċedut mill-akronimu “UFI” b'ittri kapitali segwit minn kolon (“UFI:”);

(c)

l-isem tal-manifattur u, meta applikabbli, l-isem tal-importatur, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trade mark irreġistrata, l-indirizz postali u tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown li fih jistgħu jiġu kkuntattjati; l-indirizz postali għandu jindika punt uniku fl-Unjoni;

(d)

l-isem u l-isem kummerċjali tal-prodott;

(e)

l-istruzzjonijiet għall-użu u prekawzjonijiet speċjali, fejn ikun meħtieġ u rilevanti;

(f)

fejn applikabbli, indikazzjoni li l-prodott huwa deterġent industrijali u istituzzjonali għall-użu professjonali biss;

(g)

għall-aġenti tensjoattivi, indikazzjoni li l-prodott huwa adattat għall-użu fid-deterġenti;

(h)

il-kontenut tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv f'konformità mar-regoli li ġejjin:

(i)

il-meded tal-perċentwali tal-piż “anqas minn 5 %”, “5 % jew aktar iżda anqas minn 15 %”, “15 % jew aktar iżda anqas minn 30 %” u “30 % u aktar”, għandhom jintużaw biex jindikaw il-kontenut tal-kostitwenti elenkati hawn taħt meta jiżdiedu f'konċentrazzjoni ta' aktar minn 0,2 % skont il-piż:

—

fosfati,

—

fosfonati,

—

aġenti tensjoattivi anjoniċi,

—

aġenti tensjoattivi katjoniċi,

—

aġenti tensjoattivi amfoteriċi,

—

aġenti tensjoattivi mhux joniċi,

—

aġenti għall-ibbliċjar ibbażati fuq l-ossiġenu,

—

aġenti tal-ibbliċjar ibbażati fuq il-kloru,

—

EDTA (aċidu etilendiamminatetraaċetiku) u l-imlieħ tiegħu,

—

NTA (aċidu nitrilotrijaċetiku) u l-imlieħ tiegħu,

—

fenoli u fenoli aloġenati,

—

paradiklorobenżen,

—

idrokarburi aromatiċi,

—

idrokarburi alifatiċi,

—

idrokarburi aloġenati,

—

sapun,

—

żeoliti,

—

polikarbossilati;

(ii)

il-klassijiet tal-kostitwenti li ġejjin, jekk jiżdiedu, għandhom jiġu elenkati irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom:

—

enzimi,

—

mikroorganiżmi,

—

illuminanti ottiċi,

—

fwejjaħ;

(iii)

ħlief meta jkunu diġà ttikkettati fuq il-prodott f'konformità mal-Artikolu 18(3), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-preservattivi għandhom jiġu elenkati, bl-użu, fejn possibbli, tas-sistema msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, dment li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

—

jikkontribwixxu għall-kwalifika tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv bħala oġġett ittrattat kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (l), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom; jew

—

huma ttikettati bħala kostitwent tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv, dment li l-konċentrazzjoni tal-preservattiv fid-deterġent jew fl-aġent tensjoattiv ma taqbiżx il-livelli limiti ta' 0,00015 % (w/w);

(iv)

jekk jiżdiedu intenzjonalment f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu ż-0,01 % skont il-piż, il-fwejjaħ allerġeniċi elenkati fil-Parti D ta' dan l-Anness għandhom jiġu ttikkettati bl-użu, fejn applikabbli, tas-sistema msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, ħlief għall-fwejjaħ allerġeniċi li diġà huma ttikkettati fuq il-prodott f'konformità mal-Artikolu 18(3), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(v)

Il-punti (i) sa (iv) ma għandhomx japplikaw għal deterġenti u aġenti tensjoattivi industrijali u istituzzjonali, dment li l-informazzjoni ekwivalenti għal dik meħtieġa f'dawk il-punti tkun ipprovduta fl-iskeda tad-data dwar is-sikurezza mfassla f'konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(vi)

minbarra l-informazzjoni elenkata fil-punti (i) sa (iv), kif applikabbli, it-tikketta tad-deterġenti li jkun fihom mikroorganiżmi għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

—

indikazzjoni jew dikjarazzjoni ta' prekawzjoni li l-prodott ma għandux jintuża fuq superfiċji li jiġu f'kuntatt mal-ikel, dment li l-prodott ma jkunx instab sikur għal tali applikazzjonijiet abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt 7 tal-Anness II;

—

indikazzjoni tal-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott;

—

istruzzjonijiet dwar l-użu jew prekawzjonijiet speċjali, fejn rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.