+ANNESS XXVII STRUZZJONIJIET TA’ RAPPORTAR GĦALL-FINI TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-G-SIIs U L-ASSENJAR TAR-RATI TAL-BUFFER GĦALL-G-SIIs

ANNESS XXVII STRUZZJONIJIET TA’ RAPPORTAR GĦALL-FINI TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-G-SIIs U L-ASSENJAR TAR-RATI TAL-BUFFER GĦALL-G-SIIs




ANNESS XXVII

STRUZZJONIJIET TA’ RAPPORTAR GĦALL-FINI TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-G-SIIs U L-ASSENJAR TAR-RATI TAL-BUFFER GĦALL-G-SIIs

Werrej

PARTI I: STRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.

STRUTTURA U KONVENZJONIJIET

1.1.

STRUTTURA

1.2.

KONVENZJONI TAN-NUMERAZZJONI

1.3.

KONVENZJONI DWAR IS-SIMBOLI

PARTI II: STRUZZJONIJIET RELATATI MAL-FORMOLI

1.

RIMARKI ĠENERALI

2.

STRUZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW POŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

PARTI I: STRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.   Struttura u konvenzjonijiet

1.1.   Struttura

1. Dawn ir-rekwiżiti ta’ rapportar li għandhom l-għan li jappoġġaw l-identifikazzjoni ta’istituzzjonijiet ta’ importanza sistemika globali (G-SIIs) u li jassenjaw ir-rati korrispondenti tal-buffer għall-G-SIIs jikkonsistu f’formola waħda li tiġbor informazzjoni dwar indikaturi ta’ importanza sistemika globali u entrati partikolari meħtieġa għall-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-Unjoni għall-identifikazzjoni tal-G-SIIs u l-assenjar tar-rati korrispondenti tal-buffer għall-G-SIIs.

1.2.   Konvenzjoni tan-numerazzjoni

2. Id-dokument isegwi l-konvenzjoni tat-tikkettar stabbilita fil-punti minn 3 sa 5, meta ssir referenza għall-kolonni, ir-ringieli u ċ-ċelloli tal-formoli. Dawk il-kodiċijiet numeriċi jintużaw b’mod estensiv fir-regoli ta’ validazzjoni.

3. Fl-istruzzjonijiet tintuża n-notazzjoni ġenerali li ġejja: {Formola; Ringiela; Kolonna}.

4. Fejn isiru referenzi f’formola, u għaldaqstant jintużaw biss punti ta’ data ta’ dik il-formola, in-notazzjoni ma tinkludix formola: {Ringiela; Kolonna}. Fil-każ ta’ formoli b’kolonna waħda biss, issir referenza għar-ringieli biss {Formola; Ringiela}.

5. Sinjal ta’ asterisk jintuża biex jesprimi li r-referenza taqbad ir-ringieli jew il-kolonni speċifikati qabel.

1.3.   Konvenzjoni dwar is-simboli

6. Kwalunkwe ammont li jżid il-valur tal-indikatur, tal-assi, tal-obbligazzjonijiet jew tal-iskoperturi għandu jiġi rapportat bħala ċifra pożittiva. Kwalunkwe ammont li jnaqqas il-valur tal-indikatur, tal-assi, tal-obbligazzjonijiet jew tal-iskoperturi għandu jiġi rapportat bħala ċifra negattiva. Meta jkun hemm simbolu negattiv (-) qabel id-deżinjazzjoni ta’ entrata, ma jkun mistenni li tiġi rrapportata ebda ċifra pożittiva għal dik l-entrata.

PARTI II: STRUZZJONIJIET RELATATI MAL-FORMOLI

1.   Rimarki ġenerali

8. Il-formola hija maqsuma f’żewġ taqsimiet. It-taqsima ta’ fuq dwar l-indikaturi tal-G-SIIs tinkludi l-indikaturi għall-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ importanza sistemika globali kif definit fil-metodoloġija żviluppata mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja. It-taqsima ta’ isfel fiha għadd ta’ entrati meħtieġa biex jiġu kkalkulati l-indikaturi rilevanti f’konformità mal-metodoloġija definita abbażi tal-Artikolu 131(18) tad-Direttiva 2013/36/UE ( 21 ).

9. Fejn rilevanti, l-informazzjoni pprovduta f’din il-formola għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni pprovduta lill-awtoritajiet rilevanti għall-finijiet tal-ġbir tal-valuri tal-indikatur mill-awtoritajiet rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014 ( 22 ).

2.   Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi



Ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010 - 0130

Indikaturi tal-G-SIIs

Id-definizzjoni tal-indikaturi għandha tkun l-istess bħad-definizzjoni applikata għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-informazzjoni elenkata fl-Anness tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014.

F’każ ta’ bidliet fid-definizzjonijiet f’dik il-metodoloġija, dawk id-definizzjonijiet emendati fil-metodoloġija applikabbli għad-determinazzjoni tal-valuri tal-indikaturi fi tmiem is-sena finanzjarja (“metodoloġija ta’ tmiem is-sena”) għandhom jintużaw għall-finijiet tar-rapportar tal-informazzjoni fi tmiem l-ewwel, it-tieni u t-tielet trimestru ta’ dik l-istess sena finanzjarja. Meta l-formola tal-Anness XXVI ikun soġġett għal emendi matul is-sena finanzjarja inkwistjoni, il-metodoloġija ta’ tmiem is-sena għandha tiġi applikata mill-ewwel dati ta’ referenza applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament emendatorju.

L-indikaturi li huma kejl ta’ flussi għandhom jiġu rapportati fuq bażi kumulattiva mill-bidu tas-sena kalendarja jew finanzjarja, kif applikabbli.

0010

Skoperturi totali, inklużi sussidjarji tal-assigurazzjoni

0020

Assi tas-sistema intrafinanzjarja, inklużi sussidjarji tal-assigurazzjoni

0030

Obbligazzjonijiet tas-sistema intrafinanzjarja, inklużi sussidjarji tal-assigurazzjoni

0040

Titoli pendenti, inklużi titoli maħruġa minn sussidjarji tal-assigurazzjoni

0050

Attività ta’ pagamenti

0060

Assi taħt kustodja

0070

Attività ta’ sottoskrizzjoni

0081

Volum tan-negozjar — introjtu fiss

0085

Volum tan-negozjar — ekwitajiet u titoli oħrajn

0090

Ammont nozzjonali ta’ derivattivi OTC, inklużi sussidjarji tal-assigurazzjoni

0100

Negozjar u titoli AFS

0110

Assi tal-Livell 3, inklużi sussidjarji tal-assigurazzjoni

0120

Pretensjonijiet transġuriżdizzjonali

0130

Obbligazzjonijiet transġuriżdizzjonali

0140 – 0160

Entrati li jqisu l-Unjoni Bankarja Ewropea bħala ġuriżdizzjoni unika

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-entrati speċifikati hawn taħt u fin-nuqqas ta’ speċifikazzjonijiet fl-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt, id-definizzjonijiet u l-kunċetti applikati għandhom jiġu allinjati, sa fejn ikun possibbli, mad-definizzjonijiet u mal-kunċetti definiti fil-Linji Gwida għar-rapportar tal-istatistika bankarja internazzjonali tal-BIS.

B’deroga minn dan, l-attivitajiet tal-entitajiet tar-rapportar fl-Istati Membri parteċipanti kollha kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandhom jiġu esklużi, jiġifieri l-Istati Membri Parteċipanti għandhom jitqiesu bħala ġuriżdizzjoni unika.

0140

Pretensjonijiet barranin totali fuq bażi tar-riskju aħħari

Il-pretensjonijiet barranin totali għandhom ikunu t-total tal-pretensjonijiet transfruntiera u tal-pretensjonijiet lokali ta’ affiljati barranin f’munita lokali jew barranija. Il-pretensjonijiet minn pożizzjonijiet f’kuntratti tad-derivattivi għandhom jiġu esklużi. “Pretensjonijiet”, “pretensjonijiet transfruntiera”, “pretensjonijiet lokali ta’ affiljati barranin f’munita barranija u lokali” għandu jkollhom l-istess tifsira kif definit fil-Linji Gwida għar-rapportar tal-istatistika bankarja internazzjonali tal-BIS.

“Fuq bażi ta’ riskju aħħari” għandha tfisser li, għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk pretensjoni tkunx transfruntiera jew lokali, il-pożizzjoni tiġi allokata lil parti terza li tkun ikkuntrattat biex tassumi d-djun jew l-obbligi tal-kontroparti primarja jekk dik il-parti tonqos milli teżegwixxi, meta tali parti terza tkun teżisti. Din l-allokazzjoni għandha ssir f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti tar-riskju pprovduti fil-Linji Gwida għar-rapportar tal-istatistika bankarja internazzjonali tal-BIS.

0150

Pretensjonijiet barranin fuq derivattivi fuq bażi tar-riskju aħħari

Il-valur ġust pożittiv tal-pretensjonijiet kollha fuq derivattivi li huma pretensjonijiet transfruntiera, jew pretensjonijiet lokali ta’ affiljati barranin f’munita lokali jew barranija.

Derivattivi jinkludu forwards, swaps, u opzjonijiet relatati mal-kambju, rata tal-imgħax, ekwità, komodità, u strumenti ta’ kreditu. Dan jinkludi derivattivi ta’ kreditu mixtrija li jiħħeġġjaw jew ipaċu l-protezzjoni tal-kreditu mibjugħa jew miżmuma għal skopijiet ta’ negozjar.

Fil-każ ta’ tali derivattivi ta’ kreditu mixtrija, il-valur tagħhom ma għandux ikun limitat għall-valur tal-pretensjoni immedjata li tkun inxtrat biex tiggarantixxi.

Il-valuri ġusti pożittivi tal-kuntratti tad-derivattivi jistgħu jiġu paċuti b’valuri ġusti negattivi biss jekk il-pożizzjonijiet ikunu ġew eżegwiti mal-istess kontroparti skont ftehim tan-netting legalment infurzabbli. F’din l-entrata għandhom jiġu inklużi biss settijiet tan-netting b’valur pożittiv.

Il-pretensjonijiet tad-derivattivi għandhom jiġu rapportati gross b’kwalunkwe kollateral fi flus.

Għall-finijiet tar-rapportar ta’ informazzjoni fuq bażi tar-riskju aħħari, għandu japplika dan li ġej:

(a)  Meta r-riskju aħħari jkun tal-kontroparti, derivattiv jitqies barrani jekk il-kontroparti ma tkunx fil-ġuriżdizzjoni tad-domiċilju tal-entitajiet relaturi.

(b)  Meta r-riskju finali jkun tal-garanti, derivattiv jitqies barrani jekk il-garanti ma jkunx fil-ġuriżdizzjoni tad-domiċilju tal-entitajiet relaturi.

0160

Obbligazzjonijiet barranin fuq bażi ta’ riskju immedjat, inklużi derivattivi

Obbligazzjonijiet barranin, inklużi derivattivi, għandhom ikunu t-total tal-obbligazzjonijiet barranin u tal-obbligazzjonijiet barranin li jirriżultaw minn derivattivi. Obbligazzjonijiet ta’ titoli li huma assi finanzjarji negozjabbli maħruġa mill-istituzzjoni tar-rapportar għandhom jiġu esklużi minn din l-entrata.

Id-definizzjoni ta’ derivattivi għandha tkun l-istess bħal dik applikata għar-ringiela 0150.

Il-valuri ġusti negattivi tal-kuntratti tad-derivattivi jistgħu jiġu paċuti b’valuri ġusti pożittivi biss jekk il-pożizzjonijiet ikunu ġew eżegwiti mal-istess kontroparti skont ftehim tan-netting legalment infurzabbli. Obbligazzjonijiet minn derivattivi għandhom jiġu rapportati gross bi kwalunkwe kollateral (flus u mhux flus).

“Fuq bażi ta’ riskju immedjat” għandha tfisser li, għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk pretensjoni tkunx transfruntiera jew lokali, il-pożizzjoni tiġi allokata lill-kontroparti diretta tal-kuntratt.

(1)   

Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW_HU -

    EULAW_HU