+Artikolu 10 Valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4

Artikolu 10 Valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jieħdu miżuri xierqa, proporzjonati għan-natura tan-negozju tagħhom, inkluż ir-riskji u l-kumplessità tiegħu u għad-daqs tagħhom, sabiex jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu li għalihom ikunu esposti, kif ukoll ir-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u ta’ evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati, filwaqt li jqisu mill-inqas:

(a)

il-varjabbli tar-riskju stabbiliti fl-Anness I u l-fatturi tar-riskju stabbiliti fl-Annessi II u III;

(b)

is-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni mmexxija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640;

(c)

is-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali mwettqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, kif ukoll ta’ kwalunkwe valutazzjoni tar-riskju rilevanti speċifika għas-settur u mwettqa mill-Istati Membri;

(d)

informazzjoni rilevanti ppubblikata minn dawk li jistabbilixxu l-istandards internazzjonali fil-qasam tal-AML/CFT jew, fil-livell tal-Unjoni,il- pubblikazzjonijiet rilevanti mill-Kummissjoni jew mill-AMLA;

(e)

informazzjoni dwar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti;

(f)

informazzjoni dwar il-klijentela.

Qabel jitnedew prodotti, servizzi jew prattiki kummerċjali ġodda, inkluż l-użu ta’ kanali ta’ konsenja ġodda u teknoloġiji ġodda jew li qed jiġu żviluppati, flimkien ma’ prodotti u servizzi ġodda jew preeżistenti jew qabel ma jibdew jipprovdu servizz jew prodott eżistenti lil segment ġdid ta’ klijenti jew f’żona ġeografika ġdida, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jidentifikaw u jivvalutaw, b’mod partikolari, ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u jieħdu miżuri xierqa biex jimmaniġġjaw u jtaffu dawk ir-riskji.

Artikolu 10 2

2.   Il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju mfassla mill-entità marbuta b’obbligu skont il-paragrafu 1 għandha tiġi ddokumentata, miżmuma aġġornata u rieżaminata regolarment, inkluż meta kwalunkwe avveniment intern jew estern jaffettwa b’mod sinifikanti r-riskji tal-ħasil tal-flus jew u finanzjament tat-terroriżmu assoċjati mal-attivitajiet, il-prodotti, it-tranżazzjonijiet, il-kanali tal-konsenja, il-klijenti jew iż-żoni ġeografiċi tal-attivitajiet tal-entità marbuta b’obbligu. Din għandha tkun disponibbli għas-superviżuri fuq talba.

Il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju għandha titfassal mill-uffiċjal għall-konformità u tiġi approvata mill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni u, fejn ikun jeżisti tali korp, tiġi kkomunikata lill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu.

Artikolu 10 3

3.   Bl-eċċezzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-fornituri u intermedjarji ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, is-superviżuri jistgħu jiddeċiedu li ċerti valutazzjonijiet tar-riskju fil-livell tan-negozju ddokumentati ma jkunux meħtieġa, fejn ir-riskji speċifiċi inerenti fis-settur ikunu ċari u mifhumin.

Artikolu 10 4

4.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar ir-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju mfassla mill-entità marbuta b’obbligu skont il-paragrafu 1, u dwar is-sorsi addizzjonali ta’ informazzjoni li għandhom jitqiesu meta titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit