+Artikolu 10 1

Artikolu 10 1

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jieħdu miżuri xierqa, proporzjonati għan-natura tan-negozju tagħhom, inkluż ir-riskji u l-kumplessità tiegħu u għad-daqs tagħhom, sabiex jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu li għalihom ikunu esposti, kif ukoll ir-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u ta’ evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati, filwaqt li jqisu mill-inqas:

(a)

il-varjabbli tar-riskju stabbiliti fl-Anness I u l-fatturi tar-riskju stabbiliti fl-Annessi II u III;

(b)

is-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni mmexxija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640;

(c)

is-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali mwettqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, kif ukoll ta’ kwalunkwe valutazzjoni tar-riskju rilevanti speċifika għas-settur u mwettqa mill-Istati Membri;

(d)

informazzjoni rilevanti ppubblikata minn dawk li jistabbilixxu l-istandards internazzjonali fil-qasam tal-AML/CFT jew, fil-livell tal-Unjoni,il- pubblikazzjonijiet rilevanti mill-Kummissjoni jew mill-AMLA;

(e)

informazzjoni dwar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti;

(f)

informazzjoni dwar il-klijentela.

Qabel jitnedew prodotti, servizzi jew prattiki kummerċjali ġodda, inkluż l-użu ta’ kanali ta’ konsenja ġodda u teknoloġiji ġodda jew li qed jiġu żviluppati, flimkien ma’ prodotti u servizzi ġodda jew preeżistenti jew qabel ma jibdew jipprovdu servizz jew prodott eżistenti lil segment ġdid ta’ klijenti jew f’żona ġeografika ġdida, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jidentifikaw u jivvalutaw, b’mod partikolari, ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u jieħdu miżuri xierqa biex jimmaniġġjaw u jtaffu dawk ir-riskji.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit