2. Il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju mfassla mill-entità marbuta b’obbligu skont il-paragrafu 1 għandha tiġi ddokumentata, miżmuma aġġornata u rieżaminata regolarment, inkluż meta kwalunkwe avveniment intern jew estern jaffettwa b’mod sinifikanti r-riskji tal-ħasil tal-flus jew u finanzjament tat-terroriżmu assoċjati mal-attivitajiet, il-prodotti, it-tranżazzjonijiet, il-kanali tal-konsenja, il-klijenti jew iż-żoni ġeografiċi tal-attivitajiet tal-entità marbuta b’obbligu. Din għandha tkun disponibbli għas-superviżuri fuq talba.
Il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju għandha titfassal mill-uffiċjal għall-konformità u tiġi approvata mill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni u, fejn ikun jeżisti tali korp, tiġi kkomunikata lill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu.