+Artikolu 20 Miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti
---+Artikolu 20 1
---+Artikolu 20 2
---+Artikolu 20 3
---+Artikolu 20 4

Artikolu 20 Miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1

1.   Għall-fini tat-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw il-miżuri kollha li ġejjin:

(a)

jidentifikaw il-klijent u jivverifikaw l-identità tal-klijent;

(b)

jidentifikaw lis-sidien benefiċjarji u jieħdu miżuri raġonevoli biex jivverifikaw l-identità tagħhom sabiex l-entità marbuta b’obbligu tkun sodisfatta li tkun taf min huwa s-sid benefiċjarju u li tifhem l-istruttura ta’ sjieda u ta’ kontroll tal-klijent;

(c)

jivvalutaw u, kif xieraq, jiksbu informazzjoni fuq u jifhmu l-iskop u n-natura maħsuba tar-relazzjoni tan-negozju jew tat-tranżazzjonijiet okkażjonali;

(d)

jivverifikaw jekk il-klijent jew is-sid(ien) benefiċjarju/i humiex soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati, u, fil-każ ta’ klijent jew parti għal arranġament ġuridiku li huwa entità ġuridika, kemm jekk persuni fiżiċi jew ġuridiċi soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati jikkontrollaw l-entità ġuridika jew għandhomx aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji ta’ dik l-entità ġuridika jew interess maġġoritarju fiha, kemm individwalment kif ukoll kollettivament;

(e)

jivvalutaw u, kif xieraq, jiksbu informazzjoni dwar in-natura tan-negozju tal-klijenti, inkluż, fil-każ ta’ impriżi, jekk iwettqux attivitajiet, jew dwar l-impjieg jew ix-xogħol tagħhom;

(f)

iwettqu monitoraġġ kontinwu tar-relazzjoni tan-negozju inkluż skrutinju tat-tranżazzjonijiet matul il-kors tar-relazzjoni tan-negozju sabiex ikun żgurat li t-tranżazzjonijiet li jkunu qegħdin jitwettqu jkunu konsistenti mal-għarfien tal-entità marbuta b’obbligu tal-klijent, mal-profil tan-negozju u tar-riskju, inkluż fejn ikun neċessarju mas-sors tal-fondi;

(g)

jiddeterminaw jekk il-klijent, is-sid benefiċjarju tal-klijent u, fejn rilevanti, il-persuna/i li f’isimha/isimhom jew għall-benefiċċju tagħha/tagħhom qed titwettaq tranżazzjoni jew attività hijiex persuna esposta politikament, membru tal-familja jew persuna magħrufa li hija assoċjata mill-qrib.

(h)

meta tranżazzjoni jew attività tkun qed titwettaq f’isem jew għall-benefiċċju ta’ persuni fiżiċi għajr il-klijent, jidentifikaw u jivverifikaw l-identità ta’ dik il-persuna fiżika jew dawk il-persuni fiżiċi;

(i)

jivverifikaw li kwalunkwe persuna li jkollha l-intenzjoni li taġixxi f’isem il-klijent tkun awtorizzata tagħmel dan u jidentifikaw u jivverifikaw l-identità tagħha.

Artikolu 20 2

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiddeterminaw il-firxa tal-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 fuq il-bażi ta’ analiżi individwali tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu filwaqt li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-klijent u tar-relazzjoni tan-negozju jew tat-tranżazzjoni okkażjonali, u filwaqt li titqies il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju mill-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 10 u l-varjabbli tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu stabbiliti fl-Anness I kif ukoll il-fatturi ta’ riskju stabbiliti fl-Annessi II u III.

Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jidentifikaw riskju akbar ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, huma għandhom japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa skont it-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu. Meta jiġu identifikati sitwazzjonijiet ta’ riskju aktar baxx, l-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu japplikaw miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta skont it-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 20 3

3.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar il-varjabbli tar-riskju u l-fatturi tar-riskju li għandhom jitqiesu mill-entitajiet marbutin b’obbligu meta jidħlu f’relazzjonijiet tan-negozju jew iwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali.

Artikolu 20 4

4.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom f’kull ħin ikunu jistgħu juru lis-superviżuri tagħhom li l-miżuri meħudin huma xierqa fid-dawl tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu li ġew identifikati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit