+Artikolu 68 Sanzjonijiet
---+Artikolu 68 1
---+Artikolu 68 2

Artikolu 68 Sanzjonijiet

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 68 1

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom, sal-10 ta’ Jannar 2025, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli dwar penali flimkien mal-bażi ġuridika tagħhom u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 68 2

2.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi:

(a)

il-kategoriji ta’ ksur li huma soġġetti għal penali u l-persuni responsabbli għal tali ksur;

(b)

indikaturi għall-klassifikazzjoni tal-livell ta’ gravità tal-ksur li huwa soġġett għal penali;

(c)

il-kriterji li għandhom jitqiesu meta jiġi stabbilit il-livell tal-penali.

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina regolarment l-att delegat imsemmi fl-ewwwl subparagrafu biex tiżgura li tidentifika l-kategoriji rilevanti ta’ ksur u li l-penali relatati jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit