+Artikolu 20 Kumpens f'każijiet ta' ħtieġa eċċezzjonali
---+Artikolu 20 1
---+Artikolu 20 2
---+Artikolu 20 3
---+Artikolu 20 4
---+Artikolu 20 5

Artikolu 20 Kumpens f'każijiet ta' ħtieġa eċċezzjonali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1

1.   Id-detenturi tad-data għajr l-intrapriżi żgħar u l-intrapriżi mikro għandhom jagħmlu disponibbli d-data neċessarja biex iwieġbu għal emerġenza pubblika skont l-Artikolu 15(1), il-punt (a), mingħajr ħlas. Il-korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni li jkunu rċevew data għandhom jagħtu rikonoxximent pubbliku lid-detentur tad-data jekk dan jintalab mid-detentur tad-data.

Artikolu 20 2

2.   Id-detentur tad-data għandu jkun intitolat għal kumpens ġust talli jkun għamel id-data disponibbli f'konformità ma' talba magħmula skont l-Artikolu 15(1), il-punt (b). Tali kumpens għandu jkopri l-kostijiet tekniċi u organizzattivi mġarrba għall-konformità mat-talba inkluż, fejn applikabbli, il-kostijiet tal-anonimizzazzjoni, il-psewdonimizzazzjoni, l-aggregazzjoni u l-adattament tekniku, u marġni raġonevoli. Fuq talba tal-korp tas-settur pubbliku, tal-Kummissjoni, tal-Bank Ċentrali Ewropew jew tal-korp tal-Unjoni, id-detentur tad-data għandu jipprovdi informazzjoni abbażi tal-kalkolu tal-kostijiet u tal-marġni raġonevoli.

Artikolu 20 3

3.   Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll meta mikrointrapriża u intrapriża żgħira titlob kumpens talli tagħmel id-data disponibbli.

Artikolu 20 4

4.   Id-detenturi tad-data ma għandhomx ikunu intitolati għal kumpens talli jagħmlu d-data disponibbli f'konformità ma' talba magħmula skont l-Artikolu 15(1), il-punt (b), meta l-kompitu speċifiku mwettaq fl-interess pubbliku jkun il-produzzjoni ta' statistika uffiċjali u meta x-xiri tad-data ma jkunx permess mil-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta x-xiri ta' data għall-produzzjoni ta' statistika uffiċjali ma jkunx permess mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 20 5

5.   Meta l-korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni ma jaqblux mal-livell ta' kumpens mitlub mid-detentur tad-data, huma jistgħu jressqu lment mal-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Istat Membru fejn ikun ibbażat id-detentur tad-data.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit