+Artikolu 9 Trasparenza ta' investimenti sostenibbli f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 4a.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
|
Artikolu 9 Trasparenza ta' investimenti sostenibbli f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Fejn prodott finanzjarju jkollu investiment sostenibbli bħala l-objettiv tiegħu u jiġi indikat indiċi bħala parametru referenzjarju, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3) għandha tkun akkumpanjata minn dawn li ġejjin:
(a)
informazzjoni dwar kif l-indiċi indikat huwa allinjat ma’ dak l-objettiv;
(b)
spjegazzjoni għaliex u kif dak l-indiċi indikat allinjat ma’ dak l-objettiv huwa differenti minn indiċi wiesa’ tas-suq.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Fejn prodott finanzjarju jkollu investimenti sostenibbli bħala l-objettiv tiegħu u ma jkun ġie indikat l-ebda indiċi bħala parametru referenzjarju, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3) għandha tinkludi spjegazzjoni dwar kif għandu jintlaħaq dak l-objettiv.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Fejn prodott finanzjarju jkollu tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju bħala l-objettiv tiegħu, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3) għandha tinkludi l-objettiv tal-iskopertura għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi kontra t-tisħin globali. B'deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn l-ebda Parametru Referenzjarju tat-Transizzjoni tal-Klima tal-UE jew Parametru Referenzjarji tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
) ma jkun disponibbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 għandha tinkludi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-isforz kontinwu biex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju jiġi żgurat bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi kontra t-tisħin globali.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu fl-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3) indikazzjoni ta' fejn għandhom jinstabu l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-indiċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-parametri referenzjarji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 9 4a.
|
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu fl-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f’konformità mal-Artikolu 6(1) u (3) ta’ dan ir-Regolament l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2020/852.
|
|
Artikolu 9 5.
|
L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f’konformità mal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, L-ESAs għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, l-objettivi tagħhom kif imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 u d-differenzi ta’ bejniethom kif ukoll l-għan li divulgazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi, ġusti, ċari, mhux qarrieqa, sempliċi, u konċiżi. L-ESAs għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 9 6.
|
L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4a ta’ dan l-Artikolu. Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESAs għandhom jieħdu kont tad-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, l-objettivi tagħhom kif imsemmija fil-paragrafu 4a ta’ dan l-Artikolu u d-differenzi bejniethom kif ukoll l-objettiv li d-divulgazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi, ġusti, ċari, mhux qarrieqa, sempliċi u konċiżi u, fejn meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ emendi għall-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. L-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jieħdu kont tad-dati rispettivi ta’ applikazzjoni stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 fir-rigward tal-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament. L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni:
(a)
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2021; u
(b)
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2022.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|