+Artikolu 10 Trasparenza tal-promozzjoni ta' karatteristiċi ambjentali jew soċjali u ta' investimenti sostenibbli fuq siti web
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
|
Artikolu 10 Trasparenza tal-promozzjoni ta' karatteristiċi ambjentali jew soċjali u ta' investimenti sostenibbli fuq siti web
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott finanzjarju msemmi fl-Artikolu 8(1) u fl-Artikolu 9(1), (2) u (3):
(a)
deskrizzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali jew l-objettiv ta' investiment sostenibbli;
(b)
informazzjoni dwar il-metodoloġiji użati biex jiġu vvalutati, imkejla u ssorveljati l-karatteristiċi ambjentali jew soċjali jew l-impatt tal-investimenti sostenibbli magħżula għall-prodott finanzjarju, inklużi s-sorsi ta’ data tiegħu, il-kriterji ta’ skrinjar għall-assi sottostanti u l-indikaturi rilevanti ta’ sostenibbiltà użati biex jitkejlu l-karatteristiċi ambjentali jew soċjali jew l-impatt sostenibbli globali tal-prodott finanzjarju;
(c)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8 u 9;
(d)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11.
L-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun ċara, konċiża u tinftiehem mill-investituri. Għandha tiġi ppubblikata b’tali mod li tkun preċiża, ġusta, ċara, mhux qarrieqa, sempliċi u konċiża u f’parti tas-sit web li tkun prominenti u aċċessibbli b'mod faċli.
|
|
Artikolu 10 2.
|
L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u r-rekwiżiti ta’ preżentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dak il-paragrafu. Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESAs għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi u l-objettivi tagħhom kif imsemmija fil-paragrafu 1 u d-differenzi bejniethom. L-ESAs għandhom jaġġornaw l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji u teknoloġiċi. L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|