|
+Artikolu 10 1. |
Artikolu 10 1.Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott finanzjarju msemmi fl-Artikolu 8(1) u fl-Artikolu 9(1), (2) u (3):
(a)
deskrizzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali jew l-objettiv ta' investiment sostenibbli;
(b)
informazzjoni dwar il-metodoloġiji użati biex jiġu vvalutati, imkejla u ssorveljati l-karatteristiċi ambjentali jew soċjali jew l-impatt tal-investimenti sostenibbli magħżula għall-prodott finanzjarju, inklużi s-sorsi ta’ data tiegħu, il-kriterji ta’ skrinjar għall-assi sottostanti u l-indikaturi rilevanti ta’ sostenibbiltà użati biex jitkejlu l-karatteristiċi ambjentali jew soċjali jew l-impatt sostenibbli globali tal-prodott finanzjarju;
(c)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8 u 9;
(d)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11. L-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun ċara, konċiża u tinftiehem mill-investituri. Għandha tiġi ppubblikata b’tali mod li tkun preċiża, ġusta, ċara, mhux qarrieqa, sempliċi u konċiża u f’parti tas-sit web li tkun prominenti u aċċessibbli b'mod faċli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|