+Artikolu 11 Trasparenza tal-promozzjoni ta' karatteristiċi ambjentali jew soċjali u ta' investimenti sostenibbli f'rapporti perjodiċi
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.

Artikolu 11 Trasparenza tal-promozzjoni ta' karatteristiċi ambjentali jew soċjali u ta' investimenti sostenibbli f'rapporti perjodiċi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.

Fejn il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jagħmlu disponibbli prodott finanzjarju kif msemmi fl-Artikolu 8(1) jew fl-Artikolu 9(1), (2) jew (3), huma għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ dawn li ġejjin fir-rapporti perjodiċi:

(a) 

għal prodott finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), sa liema punt il-karatteristiċi ambjentali jew soċjali jintlaħqu;

(b) 

għal prodott finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 9(1), (2) jew (3):

(i) 

l-impatt globali relatat mas-sostenibbiltà tal-prodott finanzjarju permezz ta’ indikaturi rilevanti ta' sostenibbiltà; jew

(ii) 

fejn indiċi jintgħażel bħala parametru referenzjarju, paragun bejn l-impatt globali, relattivament għas-sostenibbiltà, tal-prodott finanzjarju mal-impatti tal-indiċi indikat u ta' indiċi tas-suq wiesa’ permezz ta' indikaturi tas-sostenibbiltà;

▼M1

(c) 

għal prodott finanzjarju soġġett għall-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2020/852, l-informazzjoni meħtieġa taħt dak l-Artikolu; u

(d) 

għal prodott finanzjarju soġġett għall-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/852, l-informazzjoni meħtieġa taħt dak l-Artikolu.

▼B

Artikolu 11 2.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi divulgata b’dan il-mod:

(a) 

għall-AIFMs, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b) 

għall-impriżi tal-assigurazzjoni, kull sena bil-miktub skont l-Artikolu 185(6) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c) 

għall-IORPs, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(d) 

għall-maniġers ta’ fondi kwalifikanti ta’ kapital ta’ riskju, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;

(e) 

għall-maniġers ta’ fondi kwalifikanti ta’ intraprenditorija soċjali, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;

(f) 

għall-manifatturi ta’ prodotti tal-pensjoni, bil-miktub fir-rapport annwali jew f'rapport skont il-liġi nazzjonali;

(g) 

għall-kumpanniji maniġerjali tal-UCITS, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(h) 

għad-ditti ta' investiment li jipprovdu mmaniġġar ta' portafolji, f'rapport perjodiku kif imsemmi fl-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(i) 

għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li jipprovdu mmaniġġar ta' portafolji, f'rapport perjodiku kif imsemmi fl-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(j) 

għall-fornituri tal-PEPPs, fir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2019/1238.

Artikolu 11 3.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jistgħu jużaw l-informazzjoni fir-rapporti tal-immaniġġar skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2013/34/UE jew l-informazzjoni f’dikjarazzjonijiet mhux finanzjarji skont l-Artikolu 19a ta' dik id-Direttiva fejn adatt.
Artikolu 11 4.
L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ESAs għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi u l-objettivi tagħhom u d-differenzi bejniethom. L-ESAs għandhom jaġġornaw l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji u teknoloġiċi.

L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 11 5.
L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1.

Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESAs għandhom jieħdu kont tad-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi u l-objettivi tagħhom u d-differenzi bejniethom u, fejn meħtieġ, għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ emendi għall-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. L-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jieħdu kont tad-dati rispettivi ta’ applikazzjoni stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 fir-rigward tal-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament. L-ESAs għandhom jaġġornaw l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl ta’ żviluppi regolatorji u teknoloġiċi.

L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni:

(a) 

fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2021; u

(b) 

fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2022.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit