|
+Artikolu 11 5. |
Artikolu 11 5.L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1. Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESAs għandhom jieħdu kont tad-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi u l-objettivi tagħhom u d-differenzi bejniethom u, fejn meħtieġ, għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ emendi għall-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. L-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jieħdu kont tad-dati rispettivi ta’ applikazzjoni stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 fir-rigward tal-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament. L-ESAs għandhom jaġġornaw l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl ta’ żviluppi regolatorji u teknoloġiċi. L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni:
(a)
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2021; u
(b)
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2022. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|