|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.Fejn il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jagħmlu disponibbli prodott finanzjarju kif msemmi fl-Artikolu 8(1) jew fl-Artikolu 9(1), (2) jew (3), huma għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ dawn li ġejjin fir-rapporti perjodiċi:
(a)
għal prodott finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), sa liema punt il-karatteristiċi ambjentali jew soċjali jintlaħqu;
(b)
għal prodott finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 9(1), (2) jew (3):
(i)
l-impatt globali relatat mas-sostenibbiltà tal-prodott finanzjarju permezz ta’ indikaturi rilevanti ta' sostenibbiltà; jew
(ii)
fejn indiċi jintgħażel bħala parametru referenzjarju, paragun bejn l-impatt globali, relattivament għas-sostenibbiltà, tal-prodott finanzjarju mal-impatti tal-indiċi indikat u ta' indiċi tas-suq wiesa’ permezz ta' indikaturi tas-sostenibbiltà;
(c)
għal prodott finanzjarju soġġett għall-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2020/852, l-informazzjoni meħtieġa taħt dak l-Artikolu; u
(d)
għal prodott finanzjarju soġġett għall-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/852, l-informazzjoni meħtieġa taħt dak l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|