+Artikolu 18a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
---+Artikolu 18a 1.
---+Artikolu 18a 2.
---+Artikolu 18a 3.
---+Artikolu 18a 4.
---+Artikolu 18a 5.
|
Artikolu 18a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18a 1.
|
Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2), l-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5), l-Artikolu 5(1) u 10(1) ta’ dan ir-Regolament, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
). Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-parteċipant fis-suq finanzjarju jew tal-konsulent finanzjarju li magħhom hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-parteċipant fis-suq finanzjarju jew tal-konsulent finanzjarju, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
għall-persuni ġuridiċi, id-daqs tal-parteċipant fis-suq finanzjarju jew tal-konsulent finanzjarju, skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(v)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
|
|
Artikolu 18a 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji li huma persuni ġuridiċi għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
|
|
Artikolu 18a 3.
|
Sad-9 ta’ Jannar 2028, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
|
|
Artikolu 18a 4.
|
Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jispeċifikaw:
(a)
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
(b)
l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;
(c)
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ASE għandhom jivvalutaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u jwettqu testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-fini. L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 18a 5.
|
Meta jkun meħtieġ, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jadottaw linji gwida biex jiżguraw li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|