+Taqsima 2 Tnaqqis minn elementi ta' Grad 1 Addizzjonali
---+Artikolu 56 Tnaqqis minn elementii ta’ Grad 1 Addizzjonali
---+Artikolu 57 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali
---+Artikolu 58 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u meta istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka artifiċjalment iddisinjata biex tkabbar il-fondi proprji
---+Artikolu 59 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju
---+Artikolu 60 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju
------+Artikolu 60 1.
------+Artikolu 60 2.
------+Artikolu 60 3.
------+Artikolu 60 4.
------+Artikolu 60 5.
|
Taqsima 2 Tnaqqis minn elementi ta' Grad 1 Addizzjonali
Taqsima 2 Tnaqqis minn elementi ta' Grad 1 Addizzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 56 Tnaqqis minn elementii ta’ Grad 1 Addizzjonali
|
Artikolu 56
Tnaqqis minn elementii ta’ Grad 1 Addizzjonali
L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu dawn li ġejjin mill-elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali:
(a)
holdings diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali, inkluż strumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali li istituzzjoni tista’ tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta’ obbligi kuntrattwali eżistenti;
(b)
holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju li magħhom l-istituzzjoni jkollha holdings inkroċjati reċiproki li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tkun ġiet iddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji tal-istituzzjoni;
(c)
l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 60 ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju, fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;
(d)
holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet, eskluż pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għalħamest ijiem tax-xogħol jew inqas;
▼C3
(e)
l-ammont ta' elementi meħtieġa li jitnaqqsu minn elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 66 li jeċċedi l-elementi ta' Grad 2 tal-istituzzjoni;
▼B
(f)
kull imposta ta’ taxxa relatat ma’ elementi ta’ Grad 1 prevedibbli fil-mument tal-kalkolu tagħha, ħlief fejn l-istituzzjoni b’mod xieraq taġġusta l-ammont ta’ elementi ta’ Grad 1 sa fejn tali impisti ta’ taxxa jnaqqsu l-ammont sa liema dawk l-elementi jistgħu jiġu applikati biex ikopru riskji jew telf.
|
|
Artikolu 57 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali
|
Artikolu 57
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 56, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-holdings tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali abbażi ta’ pożizzjonijiet twal grossi dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont ta’ holdings tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali abbażi tal-pożizzjoni netta twila dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;
(ii)
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti jew sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 f'dawk l-indiċi;
(c)
l-istituzzjonijiet jistgħu jagħmlu netting tal-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti proprji ta' Grad 1 Addizzjonali bħala riżultat ta’ holdings ta’ titoli ta' indiċi kontra l-pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji ta' Grad 1 Addizzjonali bħala riżultat ta’ pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż meta dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-pożizzjonijiet twal u qosra jinsabu fl-istess indiċi sottostanti;
(ii)
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu jew fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;
|
|
Artikolu 58 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u meta istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka artifiċjalment iddisinjata biex tkabbar il-fondi proprji
|
Artikolu 58
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u meta istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka artifiċjalment iddisinjata biex tkabbar il-fondi proprji
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 56 skont dawn li ġejjin:
(a)
il-holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal;
(b)
l-elementi ta’ assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom jiġu ttrattati bħala holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għall-finijiet ta’ tnaqqis.
|
|
Artikolu 59 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju
|
Artikolu 59
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 56 skont is-segwenti:
(a)
huma jistgħu jikkalkulaw holdings diretti, indiretti u sintetiċi strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali tal-entitajiet tas-settur finanzjarju abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
▼M8
(i)
id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun jew l-istess, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;
▼B
(ii)
jew kemm il-pożizzjoni qasira kif ukoll dik twila jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar.
(b)
huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti ta' kapital tal-entitajiet tas-settur finanzjarju f'dawk l-indiċi;
|
|
Artikolu 60 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju
|
-
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|