+Artikolu 72i Tnaqqis ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'entitajiet G-SII
---+Artikolu 72i 1.
---+Artikolu 72i 2.
---+Artikolu 72i 3.
---+Artikolu 72i 4.
---+Artikolu 72i 5.

Artikolu 72i Tnaqqis ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'entitajiet G-SII

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 72i 1.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a) 

l-ammont aggregat li bih l-assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fl-ebda minnhom l-istituzzjoni ma għandha investiment sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:

(i) 

Artikoli 32 sa 35;

▼M17

(ii) 

l-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii), sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n). bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;

▼M8

(iii) 

Artikoli 44 u 45;

(b) 

l-ammont ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fihom l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fl-ebda minnhom l-entità ta' riżoluzzjoni ma għandha investiment sinifikanti.

Artikolu 72i 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur skont il-punt (b) tal-paragrafu 1.
Artikolu 72i 3.

L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jitqassam fuq kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entità G-SII miżmum mill-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi mmultiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a) 

l-ammont ta' assi materjali li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

(b) 

il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fihom l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti rappreżentat minn kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli miżmum mill-istituzzjoni.

Artikolu 72i 4.
L-ammont ta' assi materjali imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 72e(1) li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i), (a)(ii) u (a)(iii) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-ippeżar tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.
Artikolu 72i 5.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li huwa mwieżen għar-riskji skont il-paragrafu 4 billi l-ammont ta' assi materjali meħtieġa li jkunu mwieżna għar-riskji skont il-paragrafu 4 jiġi mmultiplikat bil-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolu speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit