|
+Artikolu 88a Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli |
Artikolu 88a Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbliArtikolu 88a Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli Obbligazzjonijiet maħruġa minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni li tappartjeni għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħala l-entità ta' riżoluzzjoni għandhom jikkwalifikaw għall-inklużjoni fl-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli konsolidati ta' istituzzjoni soġġett għall-Artikolu 92a, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
jinħarġu skont il-punt (a) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(b)
jinxtraw minn azzjonist eżistenti li mhuwiex parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/59/UE ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;
(c)
ma jaqbżux l-ammont determinat mit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (i) mill-ammont imsemmi fil-punt (ii):
(i)
is-somma tal-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta' riżoluzzjoni jew direttament inkella indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-ammont ta' strumenti ta' fondi proprji maħruġa f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(ii)
l-ammont meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 45f(1) tad-Direttiva 2014/59/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|