+Artikolu 92b Rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SIIs mhux tal-UE
---+Artikolu 92b 1.
---+Artikolu 92b 2.
---+Artikolu 92b 3.

Artikolu 92b Rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SIIs mhux tal-UE

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 92b 1.
L-istituzzjonijiet li huma sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom dejjem jissodisfaw rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ugwali għal 90 % tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 92a.
Artikolu 92b 2.
Għall-fini ta' konformità mal-paragrafu 1, l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jitqiesu biss fejn dawk l-istrumenti huma s-sjieda tal-impriża prinċipali apikali ta' G-SII mhux fl-UE u nħarġu direttament jew indirettament permezz ta' entitajiet oħra fi ħdan l-istess grupp, sakemm dawn l-entitajiet kollha huma stabbiliti fl-istess pajjiż terz bħala dik l-intrapriża prinċipali apikali jew fi Stat Membru.
Artikolu 92b 3.

Strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jitqies biss għall-fini ta' konformità mal-paragrafu 1 fejn dan jissodisfa l-kondizzjonijiet addizzjonali kollha li ġejjin:

(a) 

fl-eventwalità ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni li tirriżulta mill-obbligazzjoni tikklassifika taħt pretensjonijiet li jirriżultaw minn obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u li ma jikkwalifikawx bħala fondi proprji;

(b) 

dan huwa soġġett għas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikoli 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/59/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit