+46. Il- livelli limiti għall -indikaturi relatati mar- rekwiżiti stipulati fl -Artikoli 45c u 45d …

46. Il- livelli limiti għall -indikaturi relatati mar- rekwiżiti stipulati fl -Artikoli 45c u 45d …

Il- livelli limiti għall -indikaturi relatati mar- rekwiżiti stipulati fl -Artikoli 45c u 45d tad-Direttiva 2014/59/UE (re kwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli – MREL) u l-Artikolu 92a jew 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ( TLAC), espressi bħala perċentwali tal -iskopertura totali għar -riskju (TREA) u l-kejl tal-iskopertura totali ( TEM), għandhom ik unu allinjati mal-kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru tal- kapital regolatorju u għandhom ikunu stabbiliti f’livell ’il fuq minn dak li jippermetti l-intervent tal- awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal -Artikolu 16a tad-Direttiva 2014/59/UE [kif introdott mid-Direttiva (UE) 2019/879] u l-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE [kif emendat mid-Direttiva (UE) 2019/878]. Il- livell limitu ġeneralment għandu jkun ikkalibrat mill- istituzzjoni ’l fuq mir - rekwiżit ta’ bafer kombinat meta jitqies flim kien ma’ (i) ir- rekwiżit minimu tat-TLAC u (ii) l-MREL finali jew il-livelli ta’ mira intermedjarji vinkolanti tal-MREL (jekk differenti) espressi bħala perċentwali tat -TREA. L- istituzzjoni għandha tikkunsidra wkoll kwalunkwe element addizzjonali meqjus rilevanti meta jiġu determinati dawk ir - rekwiżiti, inkluż ir - rekwiżit ta’ subordinazzjoni, fejn applikabbli. Jekk istituzzjoni jkollha tiddeċiedi li tikkalibra l -indikaturi relatati mal-MREL u t- TLAC fi ħdan il - bafers, teħtieġ li turi biċ - ċar fil -pjan ta’ rk upru tagħha li l -opzjonijiet ta’ rkupru tagħha jistgħu jiġu implimentati f’sitwazzjoni fejn il - bafers ikunu ġew użati bis - sħiħ jew b’mod parzjali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/