+Artikolu 93 Rekwiżit ta’ kapital inizjali fuq negozju avvjat
---+Artikolu 93 1.
---+Artikolu 93 2.
---+Artikolu 93 4.
---+Artikolu 93 5.
---+Artikolu 93 6.
|
Artikolu 93 Rekwiżit ta’ kapital inizjali fuq negozju avvjat
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 93 1.
|
Il-fondi proprji ta’ istituzzjoni ma jistax ikun li jaqgħu taħt l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ meta ġiet awtorizzata.
|
|
Artikolu 93 2.
|
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li kienu diġà jeżistu fl-1 ta’ Jannar 1993, li l-ammont tal-fondi proprji li ma jilħaqx l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ, jistgħu jkomplu bl-attivitajiet tagħhom. F’dak il-każ, l-ammont tal-fondi proprji ta’ dawk l-istituzzjonijiet ma jistax jaqa’ taħt l-ogħla livell li ntlaħaq b’effett mit-22 ta’ Diċembru 1989.
|
|
Artikolu 93 4.
|
Fejn il-kontroll ta’ istituzzjoni li taqa’ fil-kategorija msemmija fil-paragrafu 2 jittieħed minn persuna fiżika jew ġuridika minbarra mill-persuna li preċedentement kienet tikkontrolla l-istituzzjoni, l-ammont tal-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni għandu jilħaq l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ.
|
|
Artikolu 93 5.
|
Fejn ikun hemm fużjoni ta’ żewġ istituzzjonijiet jew aktar li jaqgħu fil-kategorija msemmija fil-paragrafi 2, l-ammont tal-fondi proprji tal-istituzzjoni bħala riżultat tal-fużjoni ma għandux jaqa’ taħt it-total tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet fużi meta tkun saret il-fużjoni, sakemm l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ ma jkunx intlaħaq.
|
|
Artikolu 93 6.
|
Fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun meħtieġ li biex jiżguraw is-solvenza ta’ istituzzjoni jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2, 4 u 5 ma għandhomx japplikaw.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|