+Artikolu 104c Trattament tal-ħeġġijiet tar-riskju tal-kambju tal-proporzjonijiet kapitali
---+Artikolu 104c 1.
---+Artikolu 104c 2.
---+Artikolu 104c 3.
---+Artikolu 104c 4.

Artikolu 104c Trattament tal-ħeġġijiet tar-riskju tal-kambju tal-proporzjonijiet kapitali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 104c 1.

Istituzzjoni li tkun ħadet pożizzjoni ta' riskju b'mod deliberat sabiex tiħħeġġja, tal-anqas parzjalment, kontra movimenti avversi fir-rati tal-kambju fuq kwalunkwe waħda mill-proporzjonijiet kapitali tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 92(1), il-punti (a), (b) u (c), tista', soġġetta għall-permess tal-awtorità kompetenti tagħha, teskludi dik il-pożizzjoni ta' riskju mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju msemmija fl-Artikolu 325(1), dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-ammont massimu tal-pożizzjoni tar-riskju li jkun eskluż mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ikun limitat għall-ammont tal-pożizzjoni tar-riskju li jinnewtralizza s-sensittività ta' kwalunkwe wieħed mill-proporzjonijiet kapitali għall-movimenti negattivi fir-rati tal-kambju;

(b) 

il-pożizzjoni tar-riskju tkun eskluża mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal tal-anqas sitt xhur;

(c) 

l-istituzzjoni tkun stabbiliet qafas xieraq ta' ġestjoni tar-riskju għall-iħħeġġjar tal-movimenti negattivi fir-rati tal-kambju fuq kwalunkwe waħda mill-proporzjonijiet kapitali tagħha, inkluż strateġija ċara ta' ħħeġġjar u struttura ta' governanza;

(d) 

l-istituzzjoni tkun ipprovdiet lill-awtorità kompetenti ġustifikazzjoni għall-esklużjoni ta' pożizzjoni tar-riskju mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, id-dettalji ta' dik il-pożizzjoni ta' riskju u l-ammont li għandu jiġi eskluż.

Artikolu 104c 2.
Kwalunkwe esklużjoni ta' pożizzjonijiet tar-riskju mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tiġi applikata b'mod konsistenti.
Artikolu 104c 3.
L-awtorità kompetenti għandha japprovaw kwalunkwe bidla mill-istituzzjoni fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju msemmi ful-paragrafu 1, il-punt (c), u fid-dettalji tal-pożizzjonijiet tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d).
Artikolu 104c 4.

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

il-pożizzjonijiet tar-riskju li istituzzjoni tista' tieħu deliberatament sabiex tiħħeġġja, tal-anqas parzjalment, kontra l-movimenti avversi tar-rati tal-kambju fuq kwalunkwe wieħed mill-proporzjonijiet kapitali tagħha msemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

kif jiġi ddeterminat l-ammont massimu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu u l-mod li bih istituzzjoni trid teskludi dak l-ammont għal kull wieħed mill-approċċi msemmija fl-Artikolu 325(1);

(c) 

il-kriterji li jiġu ssodisfati mill-qafas ta' ġestjoni tar-riskju ta' istituzzjoni msemmi fil-paragrafu 1, punt (c), sabiex jitqies xieraq għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit