+Artikolu 107 Approċċi għal riskju ta’ kreditu
---+Artikolu 107 1.
---+Artikolu 107 2.
---+Artikolu 107 3.
---+Artikolu 107 4.

Artikolu 107 Approċċi għal riskju ta’ kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 107 1.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw jew l-Approċċ Standardizzat previst fil-Kapitolu 2 jew, meta permessi mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 143, l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni previst fil-Kapitolu 3 sabiex jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g).
Artikolu 107 2.

Għall-iskoperturi kummerċjali u għall-kontribuzzjonijiet tal-fondi tal-inadempjenza għal kontroparti ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stipulat fit-Taqsima 9 tal-Kapitolu 6 sabiex jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g). Għat-tipi l-oħrajn kollha ta' skopertura għal kontroparti ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw dawn l-iskoperturi bħala skoperturi għal istituzzjonijiet kif ġej:

(a) 

bħala skoperturi għal istituzzjoni għal tipi oħrajn ta' skoperturi għal CCP kwalifikanti;

(b) 

bħala skoperturi għal korporattiva għal tipi oħrajn ta' skoperturi għal CCP mhux kwalifikattiva.

Artikolu 107 3.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, skoperturi għal ditti ta' investiment ta' pajjiżi terzi, istituzzjonijiet ta' kreditu ta' pajjiżi terzi u boroż ta' pajjiżi terzi, kif ukoll skoperturi għal istituzzjonijiet finanzjarji ta' pajjiżi terzi awtorizzati u ssorveljati minn awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli ma' dawk applikati għal istituzzjonijiet f'termini ta' robustezza, għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjoni biss jekk il-pajjiż terz japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal dik l-entità li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.
Artikolu 107 4.
Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 462(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji prudenzjali li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu jittrattaw l-iskoperturi għal entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 bħala skoperturi għal istituzzjonijiet dment li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jkunu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit