Artikolu 110a
Monitoraġġ ta' arranġamenti kuntrattwali li mhumiex impenji
L-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l-arranġamenti kuntrattwali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 5, il-punti (10)(a) sa (e), it-tieni subparagrafu, u għandhom jiddokumentaw għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom il-konformità tagħhom ma' dawn il-kundizzjonijiet kollha.