+Artikolu 110 Trattament tal-aġġustament għar-riskju ta’ kreditu
---+Artikolu 110 1.
---+Artikolu 110 2.
---+Artikolu 110 3.
---+Artikolu 110 4.

Artikolu 110 Trattament tal-aġġustament għar-riskju ta’ kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 110 1.
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ Standardizzat għandhom jittrattaw l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Artikolu 62(c).
Artikolu 110 2.
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għandhom jittrattaw l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Artikolu 159, l-Artikolu 62(d) u l-Artikolu 36(1)(d).

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Kapitoli 2 u 3, l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu għandhom jeskludu l-fondi għal riskji bankarji ġenerali.

Artikolu 110 3.

L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ IRB li japplikaw l-Approċċ Standardizzat għal parti tal-iskoperturi tagħhom fuq bażi konsolidata jew individwali, skont l-Artikoli 148 u 150 għandhom jiddeterminaw il-parti tal-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu li tkun sejra tiġi assenjata għat-trattament tal-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u għat-trattament tal-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ IRB kif ġej:

(a) 

fejn applikabbli meta istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni tapplika b’mod esklussiv l-Approċċ IRB, l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu ta’ din l-istituzzjoni għandhom jiġu assenjati għat-trattament stabbiliti f’dan il-paragrafu 2;

(b) 

fejn applikabbli, meta istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni tapplika b’mod esklussiv l-Approċċ Standardizzat, l-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu ta’ din l-istituzzjoni għandu jiġi assenjat lit-trattament stabbilit fil-paragrafu 1;

(c) 

Il-bqija tal-aġġustament għar-riskju ta’ kreditu għandu jiġi assenjat fuq bażi prorata skont il-proporzjon tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju soġġett għall-Approċċ Standardizzat u soġġett għall-Approċċ IRB.

Artikolu 110 4.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kalkolu tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu u l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont il-qafas kontabilistiku applikabbli għal li ġejjin:

(a) 

il-valur tal-iskopertura skont l-Approċċ Standardizzat imsemmi fl-Artikolu 111;

(b) 

il-valur tal-iskopertura skont l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikoli 166 sa 168;

(c) 

it-trattament tal-ammonti ta’ telf mistennija msemmi fl-Artikolu 159;

(d) 

il-valur tal-iskopertura għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 246 u 266;

(e) 

id-determinazzjoni ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 178;

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit