+Artikolu 110 4.

Artikolu 110 4.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kalkolu tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu u l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont il-qafas kontabilistiku applikabbli għal li ġejjin:

(a) 

il-valur tal-iskopertura skont l-Approċċ Standardizzat imsemmi fl-Artikolu 111;

(b) 

il-valur tal-iskopertura skont l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikoli 166 sa 168;

(c) 

it-trattament tal-ammonti ta’ telf mistennija msemmi fl-Artikolu 159;

(d) 

il-valur tal-iskopertura għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 246 u 266;

(e) 

id-determinazzjoni ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 178;

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit