+Artikolu 154 L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur
---+Artikolu 154 1.
---+Artikolu 154 3.
---+Artikolu 154 4.
---+Artikolu 154 5.
---+Artikolu 154 6.
---+Artikolu 154 7.
|
Artikolu 154 L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 154 1.
|
L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:
fejn il-piż tar-riskju RW huwa definit kif ġej:
(i)
jekk PD = 1, jiġifieri għall-iskoperturi inadempjenti, RW għandu jkun
; fejn ELBE għandu jkun l-aħjar stima ta’ telf mistenni tal-istituzzjoni għall-iskopertura inadempjenti f’konformità mal-Artikolu 181(1)(h);
▼M17
(ii)
jekk PD < 1, allura:
fejn:
|
N
|
= il-funzjoni ta' distribuzzjoni kumulattiva għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri N(x) daqs il-probabbiltà li fattur varjabbli normali każwali b'medjan ta' 0 u b'varjanza ta' 1 ikun inqas minn jew daqs x;
|
|
G
|
= il-funzjoni ta' distribuzzjoni kumulattiva inversa għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri jekk x = G(z), x hija l-valur b'tali mod li N(x) = z;
|
|
R
|
= il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni, li huwa ddefinit bħala:
|
|
|
Artikolu 154 3.
|
Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur li mhumiex inadempjenti u li huma ggarantiti jew parzjalment iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, koeffiċjent ta' korrelazzjoni R ta' 0,15 għandu jissostitwixxi ċ-ċifra prodotta bil-formula tal-koeffiċjent ta' korrelazzjoni fil-paragrafu 1. Il-piż tar-riskju kkalkulat għal skopertura parzjalment iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali skont il-paragrafu 1, il-punt (ii), billi jitqies il-koeffiċjent ta' korrelazzjoni R kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandu jiġi applikat kemm għall-porzjon iggarantit kif ukoll il-parti mhux iggarantita ta' dik l-iskopertura.
|
|
Artikolu 154 4.
|
Għal QRREs li ma humiex inadempjenti, koeffiċjent ta' korrelazzjoni R ta' 0,04 għandu jissostitwixxi ċ-ċifra prodotta mill-formula tal-koeffiċjent ta' korrelazzjoni fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-volatilità relattiva tar-rati ta' telf fil-QRREs kollha li jappartjenu għall-istess tip ta' skoperturi, kif ukoll fil-klassi aggregata ta' skoperturi tal-QRRE, u għandhom jikkondividu informazzjoni dwar il-karatteristiċi tipiċi tar-rati ta' telf rotanti kwalifikanti fil-livell tal-konsumatur mal-Istati Membri u mal-EBA.
|
|
Artikolu 154 5.
|
Sabiex ikunu eliġibbli għat-trattament fil-livell tal-konsumatur, riċevibbli mixtrija għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 184 u mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni tkun xtrat ir-riċevibbli minn bejjiegħa terzi mhux relatati, u l-iskopertura tagħha għad-debitur tar-riċevibbli ma tkun tinkludi l-ebda skopertura li direttament jew indirettament oriġinat mill-istituzzjoni nfisha;
(b)
ir-riċevibbli mixtrija għandhom ikunu ġġenerati fuq bażi distakkata bejn il-bejjiegħ u d-debitur. Għaldaqstant, riċevibbli ta’ kontijiet interkorporattivi u riċevibbli soġġetti għal kontrokontijiet bejn ditti li jbiegħu u jixtru mingħand xulxin ma jkunux eliġibbli;
(c)
l-istituzzjoni li tixtri jkollha pretensjoni fuq ir-rikavati kollha mir-riċevibbli mixtrija jew imgħax prorata fuq ir-rikavati; u
(d)
il-portafoll ta’ riċevibbli mixtrija jkun diversifikat biżżejjed.
|
|
Artikolu 154 6.
|
Għar-riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur, l-iskontijiet rimborżabbli fil-prezz tax-xiri, il-garanziji kollaterali jew parzjali li jipprovdu protezzjoni tal-ewwel telf għal telf minħabba inadempjenza, telf minħabba dilwizzjoni, jew it-tnejn li huma, jistgħu jiġu ttrattati bħala protezzjoni tal-ewwel telf mix-xerrej tar-riċevibbli jew mill-benefiċjarju tal-garanzija kollaterali jew tal-garanzija parzjali f’konformità mas-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5. Il-bejjiegħ li jipprovdi l-iskont rimborżabbli fil-prezz tax-xiri u l-fornitur ta’ garanzija kollaterali jew parzjali għandhom jittrattawhom bħala skopertura għal pożizzjoni tal-ewwel telf f’konformità mas-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5.
|
|
Artikolu 154 7.
|
Għal aggregazzjonijiet ibridi ta’ riċevibbli fil-livell tal-konsumatur mixtrija fejn l-istituzzjonijiet li jixtru ma jkunux jistgħu jisseparaw skoperturi garantiti permezz ta’ proprjetà immobbli bħala kollateral u skoperturi fil-livell tal-konsumatur kwalifikattivi rotattivi minn skoperturi fil-livell tal-konsumatur oħra, għandha tapplika l-funzjoni tal-piż tar-riskju fil-livell tal-konsumatur li tipproduċi l-ogħla rekwiżiti ta’ kapital għal dawk l-iskoperturi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|