+Artikolu 178 Inadempjenza ta' debitur jew faċilità ta' kreditu
---+Artikolu 178 1.
---+Artikolu 178 2.
---+Artikolu 178 3.
---+Artikolu 178 4.
---+Artikolu 178 5.
---+Artikolu 178 6.
---+Artikolu 178 7.
|
Artikolu 178 Inadempjenza ta' debitur jew faċilità ta' kreditu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 178 1.
|
Inadempjenza għandha tkun ikkunsidrata li seħħet fir-rigward ta’ debitur partikolari meta sseħħ waħda jew iż-żewg sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni tikkunsidra li d-debitur x’aktarx mhux se jħallas bis-sħiħ l-obbligazzjonijiet ta’ kreditu tiegħu lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil xi waħda mis-sussidjarji tagħha, mingħajr rikors mill-istituzzjoni għal azzjonijiet bħal realizzazzjoni tal-garanziji;
▼M17
(b)
id-debitur ikun qabeż id-data tal-maturità b'aktar minn 90 jum fuq kwalunkwe obbligazzjoni ta' kreditu materjali lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha.
▼B
Fil-każ ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw id-definizzjoni ta’ inadempjenza imniżżla fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu fil-livell ta’ faċilita ta’ kreditu individwali, minflok fir-rigward tal-obbligazzjonijiet totali ta’ mutwatarju.
|
|
Artikolu 178 2.
|
Dawn li ġejjin għandom japplikaw għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1:
(a)
għal self kurrenti, id-data meta tinqabeż il-maturità tibda meta d-debitur ikun kiser il-limitu notifikat, meta jkun ġie notifikat limitu iżgħar mill-obbligazzjonijiet pendenti attwali, jew meta jkun ġibed kreditu mingħajr l-awtorizzazzjoni u l-ammont sottostanti jkun materjali;
(b)
għall-finijiet tal-punt (a), limitu notifikat jinkludi kwalunkwe limitu ta’ kreditu determinat mill-istituzzjoni u li dwaru d-debitur ikun ġie infurmat mill-istituzzjoni;
(c)
il-ġranet li jkunu għaddew minn meta tinqabeż il-maturità għall-karti ta’ kreditu jibdew mid-data tal-maturità tal-pagament minimu.
(d)
ir-rilevanza tal-maturità skaduta ta’ obbligazzjoni ta’ kreditu għandha tkun ivvalutata fuq bażi ta’ limitu, li jkun definit mill-awtoritajiet kompetenti. Dan il-limitu għandu jirrefletti livell ta’ riskju li l-awtorità kompetenti tikkunsidrah bħala raġonevoli;
(e)
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom linji politiċi dokumentati fir-rigward ta’ kif jgħoddu l-ġranet tal-iskadenza tal-maturità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ rimaturazzjoni tal-faċilitajiet u l-għoti ta’ estensjonijiet, emendi jew diferimenti, rinnovamenti, u netting tal-kontijiet eżistenti. Dawn il-linji politiċi għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti maż-żmien, u għandhom ikunu konformi mal-ġestjoni interna tar-riskju u l-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 178 3.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-elementi li għandhom jittieħdu bħala indikaturi ta’ improbabbiltà ta’ ħlas għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni tagħti lill-obbligazzjoni ta’ kreditu status ta’ mhux dovuta;
(b)
l-istituzzjoni tirrikonoxxi aġġustament ta’ kreditu speċifiku li jirriżulta minn tnaqqis sinifikanti pperċeput fil-kwalità ta’ kreditu wara li l-istituzzjoni tkun assumiet l-iskopertura;
(c)
l-istituzzjoni tbiegħ l-obbligazzjoni ta’ kreditu b’telf ekonomiku materjali relatat mal-kreditu;
▼M17
(d)
l-istituzzjoni tagħti l-kunsens tagħha għal miżura ta' trażżin kif imsemmi fl-Artikolu 47b tal-obbligazzjoni ta' kreditu meta dik il-miżura x'aktarx tirriżulta f'obbligazzjoni finanzjarju mnaqqsa minħabba l-maħfra materjali, jew posponiment, ta' kapital, imgħax jew fejn rilevanti, tariffi;
▼B
(e)
l-istituzzjoni fetħet proċedura għall-falliment tad-debitur jew xi proċedura simili fir-rigward tal-obbligazzjoni ta’ kreditu ta’ debitur lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha;
(f)
id-debitur fittex jew tqiegħed f’falliment jew fi protezzjoni simili fejn dan jevita jew idewwem ir-ripagament ta’ obbligazzjoni ta’ kreditu lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha.
|
|
Artikolu 178 4.
|
L-istituzzjonijiet li jużaw data esterna li hija stess mhijiex konsistenti mad-definizzjoni tal-inadempjenza stabbilita fil-paragrafu 1, għandhom jagħmlu l-aġġustamenti adatti sabiex jiksbu ekwivalenza wiesgħa mad-definizzjoni ta’ inadempjenza.
|
|
Artikolu 178 5.
|
Jekk l-istituzzjoni tikkunsidra li skopertura li diġà saret inadempjenti hija b’tali mod li l-ebda skattatur tal-inadempjenza ma jibqa’ japplika, l-istituzzjoni għandha tikklassifika lid-debitur jew lill-faċilità bħallikieku kienu skopertura mhux inadempjenti. Fejn id-definizzjoni ta’ inadempjenza tiġi sussegwentement skattata, jiġi meqjus li seħħet inadempjenza oħra.
|
|
Artikolu 178 6.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet li awtorità kompetenti għandha timxi magħhom biex tistipula l-limitu msemmi fil-paragrafu 2(d). L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 178 7.
|
L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Sal-10 ta’ Lulju 2025, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex taġġorna l-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. B'mod partikolari, dak l-aġġornament għandu jqis kif xieraq il-ħtieġa li l-istituzzjonijiet jiġu mħeġġa jinvolvu ruħhom f'ristrutturar tad-dejn proattiv, preventiv u sinifikanti biex jappoġġaw lid-debituri. Fl-iżvilupp ta' dawk il-linji gwida, l-EBA għandha tqis kif xieraq il-ħtieġa li tingħata biżżejjed flessibilità lill-istituzzjonijiet meta jispeċifikaw x'tikkostitwixxi “obbligazzjoni finanzjarja mnaqqsa” għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (d).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|