+188. Sabiex jiġu ġġustifikati s-sitwazzjonijiet fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ …
|
188. Sabiex jiġu ġġustifikati s-sitwazzjonijiet fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ …
Sabiex jiġu ġġustifikati s-sitwazzjonijiet fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu jaqbżu l-istimi tal-EL BE skont l-Artikolu 54(2)(f) tal-RTS fuq il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw il-konsistenza tal-istimi tal-EL BE mal-komponenti tat-telf ekonomiku deskritti fit-taqsima 6.3.1, kif ukoll mad-definizzjoni ta’ inadempjenza stipulata fl-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u janalizzaw kull differenza f’dak ir-rigward mid-definizzjonijiet u mill-metodi li jintużaw sabiex jiġu ddeterminati aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw id-differenzi possibbli fir-rata tal-iskont, il-preżenza tal-kollateral li ma jkunx eliġibbli fl-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, trattamenti differenti tal-ispejjeż u l-applikazzjoni ta’ definizzjonijiet differenti ta’ inadempjenza. 7.3.3 Rekwiżiti speċifiċi għall-istima tal-LGD fl-inadempjenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|