+89. L-IFRS 9, il- paragrafu B5.5.37, ma jiddefinixxix inadempjenza, iżda jeħtieġ li …
|
89. L-IFRS 9, il- paragrafu B5.5.37, ma jiddefinixxix inadempjenza, iżda jeħtieġ li …
L-IFRS 9, il- paragrafu B5.5.37, ma jiddefinixxix inadempjenza, iżda jeħtieġ li istituzzjonijiet ta’ kreditu jiddefinixxu inadempjenza b’manjiera konsistenti ma’ dik użata għall - ġestjoni interna tar- riskju tal - kreditu. L -IFRS 9, il- paragrafu B5.5.37, jinkludi wkoll suppożizzjoni konfutabbli li inadempjenza ma sseħħx iktar tard minn 90 ġurnata mid - data ta’ skadenza. Meta jkunu qed jadottaw definizzjoni ta’ inadempjenza għal skopijiet kontabilistiċi, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu ggwidati mid - definizzjoni użata għal skopijiet regolatorji li tingħata fl - Artikolu 178 tar- Regolament (UE) 575/201315 , li tinkludi kemm: - a. kriterju kwalitattiv li permezz tiegħu “l - istituzzjoni tikkunsidra li l - obbligant aktarx mhux ser iħallas l - obbligi tal - kreditu tiegħu lill - istituzzjoni, lill - impriża omm jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha bis - sħiħ, mingħajr ma l - istituzzjoni tirrikori għal azzjonijiet bħar - realizzazzjoni tat - titolu” (events ta’ “improbabbiltà tal - ħlas”); u
- b. indikatur oġġettiv fejn “l - obbligant huwa moruż aktar minn 90 ġurnata fuq kull obbligu ta’ kreditu materjali lill - istituzzjoni ta’ kreditu, lill - impriża omm jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha”, ekwivalenti għas - suppożizzjoni konfutabbli fl -IFRS 9, il- paragrafu B5.5.37.
15 L- EBA ippubblikat abbozz tal -Linji Gwida dwar l- applikazzjoni tad - definizzjoni ta’ inadempjenza skont l - Artikolu 178 tar- Regolament 575/2013.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|