+Artikolu 220 Użu tal-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità għall-ftehimiet ewlenin ta' netting
---+Artikolu 220 1.
---+Artikolu 220 2.
---+Artikolu 220 3.
---+Artikolu 220 4.
---+Artikolu 220 5.
|
Artikolu 220 Użu tal-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità għall-ftehimiet ewlenin ta' netting
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 220 1.
|
L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw il-“valur tal-iskopertura aġġustat għalkollox” (E*) għall-iskoperturi soġġetti għal ftehim ewlieni ta' netting eliġibbli li jkopri tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli jew tranżazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali għandhom jikkalkulaw l-aġġustamenti għall-volatilità li jeħtieġu japplikaw billi jużaw l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità stabbilit fl-Artikoli 223 sa 227 għall-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju.
|
|
Artikolu 220 2.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ E*, l-istituzzjonijiet għandhom:
(a)
jikkalkulaw il-pożizzjoni netta f’kull grupp ta’ titoli jew f’kull tip ta’ prodott billi jnaqqsu l-ammont fil-punt (ii) mill-ammont fil-punt (i):
(i)
il-valur totali ta’ grupp ta’ titoli jew ta’ prodotti tal-istess tip mikrija, mibjugħa jew ipprovduti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting;
(ii)
il-valur totali ta’ grupp ta’ titoli jew ta’ prodotti tal-istess tip meħuda b’self, mixtrija jew irċevuti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting;
(b)
jikkalkolaw il-pożizzjoni netta f’kull munita, għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim ewlieni ta’ netting, billi jnaqqsu l-ammont fil-punt (ii) mill-ammont fil-punt (i):
(i)
s-somma tal-valur totali ta’ titoli denominati f’dik il-munita mikrijin, mibjugħa jew provduti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting u l-ammont ta’ flus f’dik il-munita mislufa jew trasferiti skont dak il-ftehim;
(ii)
is-somma tal-valur totali ta’ titoli denominati f’dik il-munita meħuda b’self, mixtrija jew irċevuti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting u l- ammont ta’ flus f’dik il-munita meħuda f’self jew irċevuti skont dak il- ftehim;
▼M17
(c)
"japplika l-valur tal-aġġustament għall-volatilità, jew, fejn rilevanti, li-valur assolut tal-aġġustament għall-volatilità xieraq għal grupp partikolari ta' titoli jew għal tip partikolari ta' komoditajiet, għall-valur assolut tal-pożizzjoni netta pożittiva jew negattiva fit-titoli f'dak il-grupp ta' titoli, jew għall-komoditajiet minn dak it-tip ta' komoditajiet;
▼B
(d)
japplikaw l-aġġustament għall-volatilità tar-riskju tal-kambju (fx) għall-pożizzjoni pożittiva jew negattiva netta f’kull munita għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim ewlieni ta’ netting.
|
|
Artikolu 220 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw E * skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
i
|
= l-indiċi li jindika t-titoli, il-komoditajiet jew il-pożizzjonijiet fi flus kontanti separati kollha skont il-ftehim li jew jingħataw b'self, jinbiegħu bi ftehim ta' xiri mill-ġdid jew jiddaħħlu mill-istituzzjoni għand il-kontroparti;
|
|
j
|
= l-indiċi li jindika t-titoli, il-komoditajiet jew il-pożizzjonijiet fi flus kontanti separati kollha skont il-ftehim li jew jittieħdu b'self, jinxtraw bi ftehim ta' bejgħ mill-ġdid jew jinżammu mill-istituzzjoni;
|
|
k
|
= l-indiċi li jindika l-muniti separati kollha li fihom jiġi ddenominat kwalunkwe titolu, komodità jew pożizzjoni fi flus kontanti skont il-ftehim;
|
|
Ei
|
= il-valur tal-iskopertura ta' titolu, komodità jew ta' pożizzjoni fi flus kontanti i partikolari, li tingħata b'self, tinbiegħ bi ftehim ta' xiri mill-ġdid, jew tiddaħħal għand il-kontroparti skont il-ftehim li japplika fin-nuqqas ta' protezzjoni ta' kreditu, fejn l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 2 jew mal-Kapitolu 3, kif applikabbli;
|
|
Cj
|
= il-valur ta' titolu, ta' komodità jew ta' pożizzjoni fi flus kontanti j partikolari li tittieħed b'self, tinxtara bi ftehim ta' bejgħ mill-ġdid jew tinżamm mill-istituzzjoni skont il-ftehim;
|
|
|
= il-pożizzjoni netta (pożittiva jew negattiva) f'munita partikolari k għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim kif ikkalkulata f'konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b);
|
|
|
= l-aġġustament għall-volatilità tal-kambju għall-munita k;
|
|
Enet
|
= l-iskopertura netta tal-ftehim, ikkalkulata kif ġej:
|
fejn:
|
l
|
= l-indiċi li jindika l-gruppi distinti kollha tal-istess titoli u t-tipi distinti kollha tal-istess komoditajiet skont il-ftehim;
|
|
|
= il-pożizzjoni netta (pożittiva jew negattiva) fi grupp partikolari ta' titoli l, jew f'tip partikolari ta' komoditajiet l, skont il-ftehim, ikkalkulata f'konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a);
|
|
|
= l-aġġustament għall-volatilità xieraq għal grupp partikolari ta' titoli l, jew għal tip partikolari ta' komoditajiet l, iddeterminat f'konformità mal-paragrafu 2, il-punt (c); is-sinjal ta' għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
(a)
għandu jkollu sinjal pożittiv fejn il-grupp ta' titoli l jingħata b'self, jinbiegħ bi ftehim ta' xiri mill-ġdid jew jiġi nnegozjat b'mod simili għal self ta' titoli jew għal ftehim ta' xiri mill-ġdid;
(b)
għandu jkollu sinjal negattiv fejn il-grupp ta' titoli l jittieħed b'self, jinxtara bi ftehim għall-bejgħ mill-ġdid jew jiġi nnegozjat b'mod simili għal ftehim ta' teħid b'self ta' titoli jew operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid;
|
|
N
|
= in-numru totali ta' gruppi distinti tal-istess titoli u ta' tipi distinti tal-istess komoditajiet skont il-ftehim; għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, dawk il-gruppi u t-tipi li għalihom hija anqas minn ma għandhomx jingħaddu;
|
|
Egross
|
= l-iskopertura grossa tal-ftehim, ikkalkulata kif ġej:
|
.
|
|
Artikolu 220 4.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija għal transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali koperti minn ftehimiet ewlenin ta’ netting, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw E* kif ikkalkulata skont il-paragrafu 3 bħala l-valur tal-iskopertura tal-iskopertura għall-kontroparti li tirriżulta mit-transazzjonijiet soġġetti għall-ftehim ewlieni ta’ netting għall-finijiet tal-Artikolu 113 skont l-Approċċ Standardizzat jew il-Kapitolu 3 skont l-Approċċ IRB.
|
|
Artikolu 220 5.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, “grupp ta’ titoli” tfisser titoli li jinħarġu mill-istess entità, jkollhom l-istess data ta’ ħruġ, l-istess maturità, huma soġġetti għall-istess termini u kondizzjonijiet, u huma soġġetti għall-istess perijodi ta’ likwidazzjoni kif indikat fl-Artikoli 224 u 225, kif applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|