+Artikolu 220 3.

Artikolu 220 3.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw E * skont il-formula li ġejja:

image

fejn:

i

= l-indiċi li jindika t-titoli, il-komoditajiet jew il-pożizzjonijiet fi flus kontanti separati kollha skont il-ftehim li jew jingħataw b'self, jinbiegħu bi ftehim ta' xiri mill-ġdid jew jiddaħħlu mill-istituzzjoni għand il-kontroparti;

j

= l-indiċi li jindika t-titoli, il-komoditajiet jew il-pożizzjonijiet fi flus kontanti separati kollha skont il-ftehim li jew jittieħdu b'self, jinxtraw bi ftehim ta' bejgħ mill-ġdid jew jinżammu mill-istituzzjoni;

k

= l-indiċi li jindika l-muniti separati kollha li fihom jiġi ddenominat kwalunkwe titolu, komodità jew pożizzjoni fi flus kontanti skont il-ftehim;

Ei

= il-valur tal-iskopertura ta' titolu, komodità jew ta' pożizzjoni fi flus kontanti i partikolari, li tingħata b'self, tinbiegħ bi ftehim ta' xiri mill-ġdid, jew tiddaħħal għand il-kontroparti skont il-ftehim li japplika fin-nuqqas ta' protezzjoni ta' kreditu, fejn l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 2 jew mal-Kapitolu 3, kif applikabbli;

Cj

= il-valur ta' titolu, ta' komodità jew ta' pożizzjoni fi flus kontanti j partikolari li tittieħed b'self, tinxtara bi ftehim ta' bejgħ mill-ġdid jew tinżamm mill-istituzzjoni skont il-ftehim;

image

= il-pożizzjoni netta (pożittiva jew negattiva) f'munita partikolari k għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim kif ikkalkulata f'konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b);

image

= l-aġġustament għall-volatilità tal-kambju għall-munita k;

Enet

= l-iskopertura netta tal-ftehim, ikkalkulata kif ġej:

image

fejn:

l

= l-indiċi li jindika l-gruppi distinti kollha tal-istess titoli u t-tipi distinti kollha tal-istess komoditajiet skont il-ftehim;

image

= il-pożizzjoni netta (pożittiva jew negattiva) fi grupp partikolari ta' titoli l, jew f'tip partikolari ta' komoditajiet l, skont il-ftehim, ikkalkulata f'konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a);

image

= l-aġġustament għall-volatilità xieraq għal grupp partikolari ta' titoli l, jew għal tip partikolari ta' komoditajiet l, iddeterminat f'konformità mal-paragrafu 2, il-punt (c); is-sinjal ta'image għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a) 

għandu jkollu sinjal pożittiv fejn il-grupp ta' titoli l jingħata b'self, jinbiegħ bi ftehim ta' xiri mill-ġdid jew jiġi nnegozjat b'mod simili għal self ta' titoli jew għal ftehim ta' xiri mill-ġdid;

(b) 

għandu jkollu sinjal negattiv fejn il-grupp ta' titoli l jittieħed b'self, jinxtara bi ftehim għall-bejgħ mill-ġdid jew jiġi nnegozjat b'mod simili għal ftehim ta' teħid b'self ta' titoli jew operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid;

N

= in-numru totali ta' gruppi distinti tal-istess titoli u ta' tipi distinti tal-istess komoditajiet skont il-ftehim; għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, dawk il-gruppi u t-tipi image li għalihom image hija anqas minn image ma għandhomx jingħaddu;

Egross

= l-iskopertura grossa tal-ftehim, ikkalkulata kif ġej:

image.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit