+Artikolu 269a 6.

Artikolu 269a 6.

B’deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, meta l-piż tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura kkalkulat skont l-approċċ taċ-ċar kristall stabbilit fl-Artikolu 267 ikun inqas minn 100 %, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-piż tar-riskju aktar baxx, soġġett għal limitu minimu tal-piż tar-riskju ta’ 50 %.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet oriġinaturi li japplikaw is-SEC-IRBA għal pożizzjoni u li huma permessi jużaw l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-iskoperturi sottostanti kollha soġġetti għall-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3, għandhom inaqqsu l-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli u, meta applikabbli, kwalunkwe aġġustament speċifiku addizzjonali għar-riskju ta’ kreditu mit-telf mistenni u l-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti assoċjati ma’ pożizzjoni superjuri f’titolizzazzjoni ta’ NPE tradizzjonali kwalifikanti skont il-formula li ġejja:

fejn:

RWmax

=

il-piż tar-riskju, qabel ma jiġi applikat il-limitu minimu, applikabbli għal pożizzjoni superjuri f’titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti meta jintuża l-approċċ taċ-ċar kristall;

RWEAIRB

=

it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB;

RWEASA

=

it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ Standardizzat;

ELIRB

=

it-total tal-ammonti mistennija ta’ telf tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB;

NRPPD

=

l-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli;

EVIRB

=

it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għall-Approċċ IRB;

EVpool

=

it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti kollha fl-aggregazzjoni;

EVSA

=

it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għall-Approċċ Standardizzat;

SCRAIRB

=

l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu magħmula mill-istituzzjoni oriġinatriċi fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB biss jekk u sa fejn dawn l-aġġustamenti jaqbżu l-NRPPD.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit