+Artikolu 325a Kundizzjonijiet għall-użu tal-approċċ standardizzat simplifikat
---+Artikolu 325a 1.
---+Artikolu 325a 2.
---+Artikolu 325a 3.
---+Artikolu 325a 4.
---+Artikolu 325a 5.
---+Artikolu 325a 6.
---+Artikolu 325a 7.
|
Artikolu 325a Kundizzjonijiet għall-użu tal-approċċ standardizzat simplifikat
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325a 1.
|
►M17
Istituzzjoni tista' tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tuża l-approċċ standardizzat simplifikat imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (c), dment li d-daqs tan-negozju li jidher fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni li huwa soġġett għar-riskju tas-suq ikun daqs jew anqas minn kull wieħed mil-limiti li ġejjin, fuq il-bażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar bl-użu ta' data mill-aħħar jum tax-xahar: ◄
(a)
10 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;
|
|
Artikolu 325a 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju tagħhom fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ li huwasoġġett għar-riskji tas-suq bl-użu tad-data sal-aħħar ġurnata ta' kull xahar f'konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-portafoll tan-negozjar għandhom ikunu inklużi, minbarra d-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar u tat-tranżazzjonijiet ta' derivattivi ta' kreditu li jpaċu perfettament għar-riskju tas-suq tal-iħħeġġjar intern kif imsemmi fl-Artikolu 106(3);
▼M17
(b)
il-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet għandhom jiġu inklużi, ħlief dawk il-pożizzjonijiet li huma esklużi mill-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju f'konformità mal-Artikolu 104c jew li jitnaqqsu mill-fondi proprji tal-istituzzjonijiet;
▼C8
(c)
il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f’dik id-data, ħlief il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (b); meta l-valur tas-suq ta’ pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar ma jkunx disponibbli f’data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu valur ġust għall-pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar f’dik id-data; meta l-valur ġust u l-valur tas-suq ta’ pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar ma jkunux disponibbli f’data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;
▼M8
(d)
il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju għandhom jiġu kkunsidrati bħala pożizzjoni tal-kambju netta globali u stmati f'konformità mal-Artikolu 352;
(e)
il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskji tal-komoditajiet għandhom jiġu stmati skont l-Artikoli 357 u 358;
▼M17
(f)
l-valur assolut tal-pożizzjoni twila aggregata għandu jingħadd mal-valur assolut tal-pożizzjoni qasira aggregata.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, it-tifsira ta' pożizzjonijiet twal u qosra hija l-istess bħat-tifsira stabbilita fl-Artikolu 94(3). Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-valur tal-pożizzjoni twila (qasira) aggregata għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-pożizzjonijiet individwali twal (qosra) inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punti (a) u (b) ta' dak is-subparagrafu.
|
|
Artikolu 325a 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jikkalkulaw, jew jieqfu jikkalkulaw, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq f'konformità ma' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 325a 4.
|
Istituzzjoni li ma tissodisfax waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan.
|
|
Artikolu 325a 5.
|
►M17
L-istituzzjonijiet għandhom jieqfu jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (c), fi żmien tliet xhur minn wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin: ◄
(a)
l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjoni stipulata fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal tliet xhur konsekuttivi; jew
(b)
l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjoni stipulata fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal aktar minn 6 xhur mill-aħħar 12-il xahar.
|
|
Artikolu 325a 6.
|
Istituzzjoni li tkun waqfet tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tuża l-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (c), għandha tkun permessa biss li tibda tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tuża dak l-approċċ meta turi lill-awtorità kompetenti li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ikunu ġew issodisfati għal perjodu mingħajr interruzzjoni ta' sena.
|
|
Artikolu 325a 7.
|
L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi, jixtru jew ibigħu pożizzjoni biss bl-iskop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|