+Artikolu 325t Rekwiżiti dwar komputazzjonijiet tas-sensittività
---+Artikolu 325t 1.
---+Artikolu 325t 2.
---+Artikolu 325t 3.
---+Artikolu 325t 4.
---+Artikolu 325t 5.
---+Artikolu 325t 6.
|
Artikolu 325t Rekwiżiti dwar komputazzjonijiet tas-sensittività
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325t 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jidderivaw sensittivitajiet mill-mudelli tal-ipprezzar tal-istituzzjoni li jservu bħala bażi għar-rappurtar tal-profitt u t-telf lill-maniġment superjuri, permezz tal-formuli stabbiliti f'din is-Subtaqsima. Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li istituzzjoni li ngħatat il-permess tuża l-approċċ tal-mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b tuża l-funzjonijiet ta' pprezzar tas-sistema tal-kalkolu tar-riskji tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni tagħhom fil-kalkolu ta' sensittivitajiet skont dan il-Kapitolu għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' kalkolu u ta' rapportar stabbiliti fl-Artikolu 325(3).
|
|
Artikolu 325t 2.
|
Meta jikkalkulaw is-sensittivitajiet għar-riskju delta tal-istrumenti b'opzjonalità kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325e(2), l-istituzzjonijiet jistgħu jassumu li l-fatturi ta' riskju ta' volatilità implikata jibqgħu kostanti.
|
|
Artikolu 325t 3.
|
Meta jikkalkulaw is-sensittivitajiet għar-riskju vega tal-istrumenti b'opzjonalità kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 325e(2), għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
għar-riskju ġenerali fir-rata tal-imgħax u r-riskju ta' firxa tal-kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jassumu, għal kull munita, li s-sottostanti tal-fatturi ta' riskju ta' volatilità li għalihom huwa kkalkulat ir-riskju vega jew isegwu distribuzzjoni lognormali jew normali fil-mudelli ta' pprezzar użati għal dawk l-istrumenti;
(b)
għal riskju ta' ekwità, riskju ta' komodità u riskju tal-kambju, l-istituzzjonijiet għandhom jassumu li s-sottostanti tal-fatturi ta' riskju ta' volatilità li għalihom huwa kkalkulat ir-riskju vega jsegwu distribuzzjoni lognormali fil-mudelli ta' pprezzar użati għal dawk l-istrumenti.
|
|
Artikolu 325t 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet kollha ħlief għas-sensittivitajiet għall-aġġustamenti tal-valwazzjoni tal-kreditu.
|
|
Artikolu 325t 5.
|
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, soġġetta għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' tuża definizzjonijiet alternattivi ta' sensittivitajiet għar-riskju delta fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' pożizzjoni ta' portafoll tan-negozjar skont dan il-Kapitolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
▼M17
(a)
dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju intern jew għar-rapportar tal-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji f'istituzzjoni;
▼M8
(b)
l-istituzzjoni turi li dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma aktar xierqa biex ikopru s-sensittivitajiet għall-pożizzjoni milli l-formoli stabbiliti f'din is-Subtaqsima u li s-sensittivitajiet li jirriżultaw ma jvarjawx materjalment minn dawk il-formoli.
|
|
Artikolu 325t 6.
|
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, soġġetta għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' tikkalkula sensittivitajiet vega abbażi ta' trasformazzjoni lineari ta' definizzjonijiet alternattivi fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' pożizzjoni ta' portafoll tan-negozjar skont dan il-Kapitolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
▼M17
(a)
dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju intern jew għar-rapportar tal-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji f'istituzzjoni;
(b)
l-istituzzjoni turi li dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma aktar xierqa biex jispjegaw is-sensittivitajiet għall-pożizzjoni milli huma l-formuli stabbiliti f'din is-Subtaqsima, li t-trasformazzjoni lineari msemmija fl-ewwel subparagrafu tirrifletti sensittività għar-riskju vega, u li s-sensittivitajiet li jirriżultaw ma jvarjawx materjalment minn dawk li japplikaw dawk il-formuli.
▼M8
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|