+Artikolu 325y Kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza
---+Artikolu 325y 1.
---+Artikolu 325y 2.
---+Artikolu 325y 3.
---+Artikolu 325y 4.
---+Artikolu 325y 5.
---+Artikolu 325y 6.

Artikolu 325y Kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325y 1.

L-ammonti netti ta' JTD, irrispettivament mit-tip ta' kontroparti, għandhom jiġu mmultiplikati bil-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza li jikkorrispondu mal-kwalità kreditizja tagħhom kif speċifikat fit-Tabella 2:



Tabella 2

Kategorija tal-kwalità kreditizja

Piż tar-riskju ta' inadempjenza

L-ewwel skala tal-kwalità kreditizja

0.5 %

It-tieni skala tal-kwalità kreditizja

3 %

It-tielet skala tal-kwalità kreditizja

6 %

Ir-raba' skala tal-kwalità kreditizja

15 %

Il-ħames skala tal-kwalità kreditizja

30 %

Is-sitt skala tal-kwalità kreditizja

50 %

Mhux klassifikati

15 %

Inadempjenti

100 %

Artikolu 325y 2.
L-iskoperturi li kienu jirċievu piż tar-riskju ta' 0 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II għandhom jirċievu piż tar-riskju ta' inadempjenza ta' 0 % għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza.
Artikolu 325y 3.
L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għandhom ikunu allokati lill-buckets segwenti: kumpaniji, sovrani, u gvernijiet/muniċipalitajiet lokali.
Artikolu 325y 4.

L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għandhom jiġu aggregati f'kull bucket f'konformità mal-formula li ġejja:

DRCb = max {(Σi ∈ Long RWi · net JTDi) – WtS · (Σi ∈ Short RWi |net JTDi|); 0}
fejn:

DRCb

=

ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-bucket b;

i

=

l-indiċi li jindika strument li jappartjeni għall-bucket b;

RWi

=

il-piż tar-riskju; u

WtS

=

proporzjon li jirrikonoxxi benefiċċju għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar f'bucket, li għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

image

Għall-finijiet tal-kalkolu tad-DRCb u l-WtS, il-pożizzjonijiet twal u qosra għandhom jiġu aggregati għall-pożizzjonijiet kollha f'bucket irrispettivament mill-iskala tal-kwalità kreditizja li għaliha jkunu ġew allokati dawk il-pożizzjonijiet, biex jipproduċu r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza speċifiċi għall-bucket.

Artikolu 325y 5.
Ir-rekwiżit finali ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għan-nontitolizzazzjonijiet għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma sempliċi tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fil-livell tal-bucket.
Artikolu 325y 6.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, skopertura għandha tiġi assenjata l-kategorija tal-kwalità kreditizja li tikkorrispondi għall-kategorija tal-kwalità kreditizja li tkun assenjata skont l-approċċ standardizzat għar-riskju ta' kreditu stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 2.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit