+Artikolu 325bf Rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv regolatorju u fatturi ta' multiplikazzjoni
---+Artikolu 325bf 1.
---+Artikolu 325bf 2.
---+Artikolu 325bf 3.
---+Artikolu 325bf 4.
---+Artikolu 325bf 5.
---+Artikolu 325bf 6.
---+Artikolu 325bf 7.
---+Artikolu 325bf 8.
---+Artikolu 325bf 9.
---+Artikolu 325bf 10.
|
Artikolu 325bf Rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv regolatorju u fatturi ta' multiplikazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325bf 1.
|
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “qabża fil-valur” tfisser bidla ta' ġurnata fil-valur ta' portafoll magħmul mill-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-post tan-negozjar li jaqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat abbażi tal-mudell intern alternattiv tal-istituzzjoni f'konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-kalkolu tal-valur fir-riskju għandu jkun soġġett għal perijodu ta' żamma ta' ġurnata waħda;
(b)
xenarji ta' xokkijiet futuri għandhom japplikaw għall-fatturi ta' riskju tal-pożizzjonijiet tal-post tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bg(3) u li jitqiesu mudellabbli f'konformità mal-Artikolu 325be;
(c)
inputs tad-data użati biex jiġu determinati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli għandhom jiġu kkalibrati għal data storika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 325bc(4);
(d)
sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'dan l-Artikolu, il-mudell intern alternattiv tal-istituzzjoni għandu jkun ibbażat fuq l-istess suppożizzjonijiet ta' mudellar bħal dawk użati għall-kalkolu tal-miżura ta' riskju ta' nuqqas mistenni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325ba(1).
|
|
Artikolu 325bf 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jgħoddu l-qabżiet fil-valur ta' kuljum fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil ipotetiku u attwali fil-valur tal-portafoll magħmul mill-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-post tan-negozjar.
|
|
Artikolu 325bf 3.
|
Il-post tan-negozjar ta' istituzzjoni għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv fejn in-numru ta' qabżiet fil-valur għal dak il-post tan-negozjar li seħħew matul l-iktar 250 ġurnata tax-xogħol reċenti ma jaqbiżx l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
12-il qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju, ikkalkulati f'intervall ta' fiduċja unilaterali tad-99 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll;
(b)
12-il qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju, ikkalkulati f'intervall ta' fiduċja unilaterali tad-99 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil reali fil-valur tal-portafoll;
(c)
30 qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju, ikkalkulati f'intervall ta' fiduċja unilaterali tas-97,5 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll;
(d)
30 qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju, ikkalkulati f'intervall ta' fiduċja unilaterali tas-97,5 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil reali fil-valur tal-portafoll.
|
|
Artikolu 325bf 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jgħoddu l-qabżiet fil-valur ta' kuljum f'konformità ma' dan li ġej:
(a)
l-ittestjar retrospettiv ta' tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll għandu jkun ibbażat fuq tqabbil bejn il-valur fi tmiem il-ġurnata tal-portafoll u, bis-suppożizzjoni li l-pożizzjonijiet ma jinbidlux, il-valur tal-portafoll fi tmiem il-ġurnata sussegwenti;
(b)
l-ittestjar retrospettiv tat-tibdil reali fil-valur tal-portafoll għandu jkun ibbażat fuq tqabbil bejn il-valur fi tmiem il-ġurnata tal-portafoll u l-valur attwali tiegħu fi tmiem il-ġurnata sussegwenti, bl-esklużjoni ta' tariffi u kummissjonijiet;
(c)
għandha tingħadd qabża fil-valur għal kull ġurnata tax-xogħol li għaliha l-istituzzjoni ma tkunx tista' tivvaluta l-valur tal-portafoll jew ma tkunx tista' tikkalkula n-numru tal-valur fir-riskju msemmi fil-paragrafu 3;
|
|
Artikolu 325bf 5.
|
Istituzzjoni għandha tikkalkula, f'konformità mal-paragrafi 6 u 7 ta' dan l-Artikolu, il-fattur tal-multiplikazzjoni (mc) imsemmi fl-Artikolu 325ba għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom tkun ingħatat permess biex tuża mudelli interni alternattivi msemmija fl-Artikolu 325az(2).
|
|
Artikolu 325bf 6.
|
►M17
Il-fattur ta' multiplikazzjoni (mc) għandu jkun ugwali għal tal-anqas is-somma ta' 1,5 u żieda ddeterminata f'konformità mat-Tabella 3. Għall-portafoll imsemmi fil-paragrafu 5, dik iż-żieda għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tan-numru ta' qabżiet fil-valur li jkunu seħħew matul l-aktar 250 ġurnata ta' xogħol reċenti kif evidenzjat mill-ittestjar retrospettiv tal-istituzzjoni tan-numru tal-valur fir-riskju kkalkulat f'konformità mal-punt (a) ta' dan is-subparagrafu. Il-kalkolu taż-żieda għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin: ◄
(a)
qabża fil-valur għandha tkun bidla f'ġurnata waħda fil-valur tal-portafoll li taqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat permezz tal-mudell intern tal-istituzzjoni f'konformità ma' dawn li ġejjin:
(i)
perijodu ta' żamma ta' ġurnata waħda;
(ii)
intervall ta' fiduċja unilaterali tad-99 perċentil;
(iii)
xenarji ta' xokkijiet futuri għandhom japplikaw għall-fatturi ta' riskju tal-pożizzjonijiet tal-postijiet tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bg(3) u li jitqiesu mudellabbli f'konformità mal-Artikolu 325be;
(iv)
l-inputs tad-data użati biex jiġu determinati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli għandhom jiġu kkalibrati mad-data storika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 325bc(4);
(v)
sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'dan l-Artikolu, il-mudell intern tal-istituzzjoni għandu jkun ibbażat fuq l-istess suppożizzjonijiet ta' mudellar bħal dawk użati għall-kalkolu tal-miżura ta' riskju ta' nuqqas mistenni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325ba(1);
(b)
in-numru ta' qabżiet fil-valur għandu jkun ugwali għall-akbar min-numru ta' qabżiet fil-valur taħt it-tibdiliet ipotetiċi u reali fil-valur tal-portafoll.
Tabella 3
|
Numru ta' qabżiet fil-valur
|
Suppliment
|
|
Inqas minn 5
|
0,00
|
|
5
|
0,20
|
|
6
|
0,26
|
|
7
|
0,33
|
|
8
|
0,38
|
|
9
|
0,42
|
|
Iktar minn 9
|
0,50
|
F'ċirkostanzi straordinarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil istituzzjoni li tagħmel waħda minn dawn li ġejjin jew it-tnejn li huma:
(a)
tillimita l-kalkolu taż-żieda għal dak li jirriżulta minn qabżiet tal-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta' bidliet ipotetiċi meta n-numru ta' qabżiet tal-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta' bidliet attwali ma jirriżultax minn nuqqasijiet fil-mudell intern alternattiv tal-istituzzjoni;
(b)
teskludi l-qabżiet tal-valur evidenzjat mill-ittestjar retrospettiv ta' bidliet ipotetika jew attwali mill-kalkolu taż-żieda meta dawk il-qabżiet tal-valur ma jirriżultawx minn nuqqasijiet fil-mudell intern alternattiv tal-istituzzjoni.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu l-valur tal-mc 'il fuq mis-somma msemmija f'dak is-subparagrafu, meta mudell intern alternattiv ta' istituzzjoni juri nuqqasijiet li jipprevjenu l-kalkolu xieraq tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.
|
|
Artikolu 325bf 7.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-fattur ta' multiplikazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 u l-konformità tal-postijiet tan-negozjar mar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv imsemmi fil-paragrafu 3. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw minnufih, lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-qabżiet fil-valur li jirriżultaw mill-programm tagħhom ta' ttestjar retrospettiv u jipprovdu spjega għal dawk il-qabżiet fil-valur, u fi kwalunkwe każ għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti b'dan mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li sseħħ il-qabża fil-valur.
|
|
Artikolu 325bf 8.
|
Permezz ta' deroga mill-paragrafi 2 u 6, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjoni ma tgħoddx qbiż tal-valur meta bidla ta' ġurnata fil-valur tal-portafoll tagħha li jaqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat permezz tal-mudell intern ta' dik l-istituzzjoni tkun attribwibbli għal fattur tar-riskju mhux mudellabbli.
|
|
Artikolu 325bf 9.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil reali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll ta' istituzzjoni għall-finijiet ta' dan l-Artikolu. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 325bf 10.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet u l-kriterji li skont dawn istituzzjoni tista' titħalla ma tgħoddx qbiż tal-valur meta l-bidla ta' ġurnata fil-valur tal-portafoll tagħha li taqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat permezz tal-mudell intern ta' dik l-istituzzjoni tkun attribwibbli għal fattur tar-riskju mhux mudellabbli. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|