+Artikolu 383b Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega
---+Artikolu 383b 1.
---+Artikolu 383b 2.
---+Artikolu 383b 3.
---+Artikolu 383b 4.
---+Artikolu 383b 5.
---+Artikolu 383b 6.
---+Artikolu 383b 7.
---+Artikolu 383b 8.
|
Artikolu 383b Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 383b 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi tar-riskju delta u vega deskritti fl-Artikoli minn 383c sa 383h, u l-proċess stabbilit fil-paragrafi minn 2 sa 8 ta' dan l-Artikolu, sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji delta u vega.
|
|
Artikolu 383b 2.
|
Għal kull klassi ta' riskju msemmija fl-Artikolu 383(2), is-sensittività tas-CVAs aggregati u s-sensittività tal-pożizzjonijiet kollha f'ħeġġijiet eliġibbli li jaqgħu fl-ambitu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji delta jew vega għal kull wieħed mill-fatturi tar-riskju delta jew vega applikabbli inkluż f'dik il-klassi tar-riskju għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-formuli korrispondenti stabbiliti fl-Artikoli 383i u 383j. Jekk il-valur ta' strument jiddependi fuq diversi fatturi tar-riskju, is-sensittività għandha tiġi ddeterminata b'mod separat għal kull fattur tar-riskju. Għall-kalkolu tas-sensittivitajiet għar-riskju vega tas-CVAs aggregati, għandhom jiġu inklużi s-sensittivitajiet kemm għall-volatilitajiet użati fil-mudell tal-iskopertura sabiex jiġu ssimulati l-fatturi tar-riskju kif ukoll għall-volatilitajiet użati sabiex jerġgħu jiġu pprezzati t-tranżazzjonijiet tal-opzjonijiet fil-portafoll mal-kontroparti. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, soġġetta għall-permess mill-awtorità kompetenti, istituzzjoni tista' tuża definizzjonijiet alternattivi ta' sensittivitajiet għar-riskju delta u vega fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar skont dan il-Kapitolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju intern jew għar-rapportar tal-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji f'istituzzjoni;
(b)
l-istituzzjoni turi li dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma aktar xierqa biex ikopru s-sensittivitajiet tal-pożizzjoni mill-formuli stabbiliti fl-Artikoli 383i u 383j, u li s-sensittivitajiet għar-riskju delta u vega li jirriżultaw ma jvarjawx materjalment minn dawk miksuba bl-applikazzjoni tal-formuli stabbiliti fl-Artikoli 383i u 383j, rispettivament.
|
|
Artikolu 383b 3.
|
Meta ħeġġ eliġibbli tkun strument tal-indiċi, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet ta' dik il-ħeġġ eliġibbli għall-fatturi tar-riskju rilevanti kollha billi japplikaw il-bidla ta' wieħed mill-fatturi tar-riskju rilevanti għal kull wieħed mill-kostitwenti tal-indiċi.
|
|
Artikolu 383b 4.
|
Istituzzjoni tista' tintroduċi fatturi ta' riskju addizzjonali li jikkorrispondu għal strumenti tal-indiċi kwalifikati għall-klassijiet ta' riskju li ġejjin:
(a)
riskju ta' firxiet tal-kreditu tal-kontroparti;
(b)
riskju ta' firxa tal-kreditu ta' referenza; u
Għall-finijiet tar-riskji delta, strument tal-indiċi għandu jitqies ikkwalifikat meta jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325i. Għal riskji vega, l-istrumenti tal-indiċi kollha għandhom jitqiesu bħala kwalifikati. Istituzzjoni għandha tikkalkula s-sensittivitajiet ta' CVA u ta' ħeġġijiet eliġibbli għal fatturi tar-riskju tal-indiċi kwalifikati minbarra s-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju mhux tal-indiċi. Istituzzjoni għandha tikkalkula s-sensittivitajiet għar-riskju delta u vega għal fattur tar-riskju tal-indiċi kwalifikat bħala sensittività unika għall-indiċi kkwalifikat sottostanti. Meta 75 % tal-kostitwenti ta' indiċi kkwalifikat jiġu mmappjati għall-istess settur kif stabbilit fl-Artikoli 383p, 383s u 383v, l-istituzzjoni għandha timmappja l-indiċi kkwalifikat għal dak l-istess settur. Inkella, l-istituzzjoni għandha timmappja s-sensittività għall-bucket tal-indiċi kkwalifikat applikabbli.
|
|
Artikolu 383b 5.
|
Is-sensittivitajiet ponderati tas-CVA aggregat u tal-valur tas-suq tal-ħeġġijiet eliġibbli kollha għal kull fattur tar-riskju għandhom jiġu kkalkulati billi s-sensittivitajiet netti rispettivi jiġu mmultiplikati bil-piż tar-riskju korrispondenti, f'konformità mal-formuli li ġejjin:
fejn:
|
k
|
= l-indiċi li jiddenota l-fattur tar-riskju k;
|
|
|
= is-sensittività ponderata tas-CVA aggregat għall-fattur tar-riskju k;
|
|
RWk
|
= il-piż tar-riskju applikabbli għall-fattur tar-riskju k;
|
|
|
= is-sensittività netta tas-CVA aggregat għall-fattur tar-riskju k;
|
|
|
= is-sensittività ponderata tal-valur tas-suq tal-ħeġġijiet eliġibbli kollha fil-portafoll ta' CVA għall-fattur tar-riskju k;
|
|
|
= is-sensittività netta tal-valur tas-suq tal-ħeġġijiet eliġibbli kollha fil-portafoll ta' CVA għall-fattur tar-riskju k.
|
|
|
Artikolu 383b 6.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività ponderata netta WSk
tal-portafoll ta' CVA għall-fattur tar-riskju k f'konformità mal-formula li ġejja:
|
|
Artikolu 383b 7.
|
Is-sensittivitajiet netti ponderati fl-istess bucket għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula li ġejja, bl-użu tal-korrelazzjonijiet korrispondenti ρkl
għas-sensittivitajiet ponderati fl-istess bucket stabbiliti fl-Artikoli 383l, 383t u 383q li jwasslu għas-sensittività speċifika għall-bucket Kb
:
fejn:
|
Kb
|
= is-sensittività speċifika għall-bucket tal-bucket b;
|
|
WSk
|
= is-sensittivitajiet netti ponderati;
|
|
ρkl
|
= il-parametri ta' korrelazzjoni intrabucket korrispondenti;
|
|
R
|
= il-parametru ta' esklużjoni tal-iħħeġġjar ugwali għal 0,01 .
|
|
|
Artikolu 383b 8.
|
Is-sensittività speċifika għall-bucket għandha tiġi kkalkulata f'konformità mal-paragrafi 5, 6 u 7 ta' dan l-Artikolu għal kull bucket fi klassi tar-riskju. Ladarba s-sensittività speċifika għall-bucket tkun ġiet ikkalkulata għall-buckets kollha, is-sensittivitajiet ponderati għal kull fattur tar-riskju fil-buckets għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula li ġejja, permezz tal-korrelazzjonijiet korrispondenti γbc
għal sensittivitajiet ponderati f'buckets differenti stabbiliti fl-Artikoli 383l, 383o, 383r, 383u, 383w u 383z li jwasslu għar-rekwiżit ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta' riskju għar-riskju delta jew vega:
fejn:
|
mCVA
|
= fattur moltiplikatur li huwa ugwali għal 1; l-awtorità kompetenti tista' żżid il-valur ta'mCVA
meta l-mudell regolatorju ta' CVA tal-istituzzjoni juri nuqqasijiet li jipprevjenu l-kalkolu xieraq tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA;
|
|
Kb
|
= is-sensittività speċifika għall-bucket tal-bucket b;
|
|
γbc
|
= il-parametru ta' korrelazzjoni bejn il-buckets b u c;
|
|
|
għall-fatturi tar-riskju kollha fil-bucket b;
|
|
|
għall-fatturi tar-riskju kollha fil-bucket c.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|