+Artikolu 422 Ħruġ ta' flus fuq obbligazzjonijiet oħrajn
---+Artikolu 422 1.
---+Artikolu 422 2.
---+Artikolu 422 3.
---+Artikolu 422 4.
---+Artikolu 422 5.
---+Artikolu 422 6.
---+Artikolu 422 7.
---+Artikolu 422 8.
---+Artikolu 422 9.
---+Artikolu 422 10.

Artikolu 422 Ħruġ ta' flus fuq obbligazzjonijiet oħrajn

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 422 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw b’0 % l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-infiq tal-operat tal-istituzzjoni stess.
Artikolu 422 2.

L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn għoti ta' self garantit u t-transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192 b’:

(a) 

0 % sal-valur tal-assi likwidi skont l-Artikolu 418 jekk ikunu kollateralizzati minn assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416;

(b) 

100 % iżjed mill-valur tal-assi likwidi skont l-Artikolu 418, jekk ikunu kollateralizzati b'assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416;

(c) 

100 % jekk ikunu kollateralizzati b'assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416, għajr għal transazzjonijiet koperti mill-punti (d) u (e) ta’ dan il-paragrafu;

(d) 

25 % jekk ikunu kollateralizzati b'assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416 u l-mutwanti jkun il-gvern ċentrali, entità tas-settur pubbliku fl-Istat Membru fejn l-istituzzjoni ta' kreditu kienet awtorizzata jew fejn stabbilixxiet fergħa, jew bank multilaterali tal-iżvilupp. L-entitajiet tas-settur privat li jirċievu dak it-trattament għandhom ikunu limitati għal dawk li għandhom piż ta’ riskju ta' 20 % jew anqas skont il-Kapitolu 2, Titolu II tal-Parti Tlieta;

(e) 

0 % jekk il-mutwanti jkun gvern ċentrali.

Artikolu 422 3.

L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti li jridu jinżammu:

(a) 

mid-depożitant sabiex jinkisbu servizzi ta’ kklerjar, kustodja jew ta’ mmaniġjar tal-flus jew komparabbli oħra mill-istituzzjoni;

(b) 

fil-kuntest ta’ qsim ta' kompiti komuni fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7) jew bħala depożitu minimu legali jew statutorju minn entità oħra li tkun Membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali;

(c) 

mid-depożitant fil-kuntest ta' relazzjoni operattiva stabbilita għajr dik imsemmija fil-punt (a);

(d) 

mid-depożitant sabiex jinkisbu servizzi ta' kklerjar tal-flus u ta' istituzzjonijiet ta' kreditu ċentrali u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu tappartjeni lil netwerk skont dispożizzjonijiet legali jew statutorji;

b’5 % fil-każ tal-punt (a) sa fejn ikunu koperti minn Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew skema ekwivalenti ta’ garanzija tad-depożiti f’pajjiż terz u b’25 % f’każijiet oħra.

Depożiti minn istituzzjonijiet ta' kreditu magħmula ma' istituzzjonijiet ta' kreditu ċentrali li huma meqjusin bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416(1)(f) għandhom jiġu mmultiplikati b'rata ta' 100 % tal-flussi 'l barra.

Artikolu 422 4.
Is-servizzi ta' kklerjar, ta' kustodja jew ta' maniġġjar tal-flus jew servizzi oħra komparabbli msemmijin fil-punti (a) u (d) tal-paragrafu 3 għandhom ikopru biss dawk is-servizzi sakemm dawk is-servizzi jitwettqu fil-kuntest ta' relazzjoni stabbilita li fuqha d-depożitant ikollu dipendenza sostanzjali. Dawk is-servizzi ma għandhomx jikkonsistu sempliċiment minn servizzi bankarji korrispondenti jew ta' senserija primarja, u l-istituzzjonijiet għandu jkollhom provi li l-klijent ma jistax jiġbed l-ammonti legalment dovuti fuq perijodu ta' 30 ġurnata mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonament operattiv tiegħu.

Sa meta tiġi stabbilita definizzjoni uniformi ta' relazzjoni operattiva stabbilita kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu huma stess il-kriterji sabiex jidentifikaw relazzjoni operattiva stabbilita skont liema jkollhom il-provi li l-klijent ma jistax jiġbed l-ammonti legalment dovuti fuq perijodu ta' 30 ġurnata mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonament operattiv tagħha u għandhom jirrappurtaw dawk il-kriterji lill-awtoritajiet kompetenti. Fin-nuqqas ta' definizzjoni uniformi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu gwida ġenerali li l-istituzzjonijiet għandhom isegwu sabiex jidentifikaw id-depożiti miżmuma mid-depożitant fil-kuntest ta' relazzjoni operattiva stabbilita.

Artikolu 422 5.
L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw b’40 % l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti ta’ klijenti li ma jkunux klijenti finanzjarji sakemm dawn l-obbligazzjonijiet ma jaqgħux taħt il-paragrafi 3 u 4 u għandhom jimmultiplikaw b'20 % dawn l-obbligazzjonijiet koperti mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew Skema ta' Garanzija tad-Depożiti ekwivalenti f'pajjiż terz.
Artikolu 422 6.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-flussi 'l barra u ta' dħul mistennija fuq il-perijodu ta’ 30 ġurnata mill-kuntratti elenkati fl-Anness II fuq bażi netta għall-kontropartijiet kollha u għandhom jimmultiplikawhom b’100 % fil-każ ta’ fluss 'il barra nett. Bażi netta għandha tfisser ukoll in-nett tal-kollateral li għandu jiġi riċevut li jikkwalifika bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416.
Artikolu 422 7.
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw b'mod separat l-obbligazzjonijiet l-oħra li ma jaqgħux taħt il-paragrafi 1 sa 5.
Artikolu 422 8.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess sabiex jiġi applikat perċentwal iżgħar ta' fluss 'il barra għall-l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 skont il-każ, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-kontroparti tkun kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

▼M9

(i) 

istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni, jew ditta tal-investiment prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni, jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew ditta tal-investiment prinċipali;

▼M8

(ii) 

il-kontroparti hija marbuta mal-istituzzjoni permezz ta' relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(iii) 

istituzzjoni li taqa' fi ħdan l-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7); jew

(iv) 

l-istituzzjoni ċentrali jew membru f'netwerk f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 400(2);

(b) 

ikun hemm raġunijiet għalfejn wieħed jistenna fluss 'l barra iktar baxx fuq it-30 ġurnata li jmiss anki f'xenarju kombinat ta' stress idjosinkratiku u fis-suq kollu;

(c) 

b'deroga mill-Artikolu 425 il-kontroparti tapplika fluss 'il ġewwa simetriku korrispondenti u iktar konservattiv;

(d) 

l-istituzzjoni u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.

Artikolu 422 9.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (d) tal-paragrafu 8 fejn jiġi applikat il-punt (b) tal-Artikolu 20(1). F'dak il-każ għandhom jintlaħqu l-kriterji oġġettivi addizzjonali kif stabbiliti fl-att ddelegat imsemmi fl-Artikolu 460. Fejn tali fluss 'il barra iktar baxx jista' jiġi applikat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar ir-riżultat tal-proċess imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(1). It-twettiq tal-kondizzjonijiet għal tali fluss ’l barra aktar baxxi għandu jiġu riveduti b’mod regolari mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 422 10.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-kriterji oġġettivi addizzjonali msemmija fil-paragrafu 9.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2015.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit