|
+Artikolu 422 8. |
Artikolu 422 8.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess sabiex jiġi applikat perċentwal iżgħar ta' fluss 'il barra għall-l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 skont il-każ, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-kontroparti tkun kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni, jew ditta tal-investiment prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni, jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew ditta tal-investiment prinċipali;
(ii)
il-kontroparti hija marbuta mal-istituzzjoni permezz ta' relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;
(iii)
istituzzjoni li taqa' fi ħdan l-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7); jew
(iv)
l-istituzzjoni ċentrali jew membru f'netwerk f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 400(2);
(b)
ikun hemm raġunijiet għalfejn wieħed jistenna fluss 'l barra iktar baxx fuq it-30 ġurnata li jmiss anki f'xenarju kombinat ta' stress idjosinkratiku u fis-suq kollu;
(c)
b'deroga mill-Artikolu 425 il-kontroparti tapplika fluss 'il ġewwa simetriku korrispondenti u iktar konservattiv;
(d)
l-istituzzjoni u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|