+82. Bħala parti mir - rekwiżiti tal - politiki ta’ remunerazzjoni tal - istituzzjonijiet stabbiliti …
|
82. Bħala parti mir - rekwiżiti tal - politiki ta’ remunerazzjoni tal - istituzzjonijiet stabbiliti …
Bħala parti mir - rekwiżiti tal - politiki ta’ remunerazzjoni tal - istituzzjonijiet stabbiliti fl - Artikoli 74, 75 u 92 tad - Direttiva 2013/36/UE u l -Linji Gwida tal- EBA dwar il - politiki u l -prattiki ta’ remunerazzjoni relatati mal - bejgħ u mal - provvista ta’ prodotti u ta’ servizzi bankarji għall - konsumatur, il -Linji Gwida tal- EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont l - Artikoli 74(3) u 75(2) tad - Direttiva 2013/36/UE u d - divulgazzjonijiet skont l - Artikolu 450 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013, u l - Artikolu 7 tad - Direttiva 2014/17/UE, il - politiki u l - prattiki ta’ remunerazzjoni tal- istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu konformi mal - approċċ għall - ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu, għa ll- aptit għar - riskju ta’ kreditu u għall - istrateġiji, u jenħtieġ li dawn ma joħolqux kunflitt ta’ interess. Jenħtieġ li l - politiki u l - prattiki ta’ remunerazzjoni applikabbli għall - persunal, u b’mod partikolari għall - persunal identifikat involut fl - għoti ta’ kreditu, fl - amministrazzjoni tal - kreditu u fil - monitoraġġ, ikunu konsistenti u ma jipprovdux inċentivi għal teħid ta’ riskju li jaqbeż ir - riskju tollerat tal - istituzzjoni, u jenħtieġ li dawn ikunu allinjati mal - istrateġija tan - negozju, mal - objettivi u m al- interessi fit - tul tal - istituzzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l - politiki u l -prattiki ta’ remunerazzjoni jinkorporaw miżuri għall - ġestjoni tal - kunflitti ta’ interess, bl - għan li l - konsumaturi jiġu protetti minn dannu mhux mixtieq li jirriżulta mir - remunerazzjoni tal - persunal tal- bejgħ.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|