+Artikolu 5 Grad ta’ sostitwibbiltà
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
|
Artikolu 5 Grad ta’ sostitwibbiltà
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. Meta jikkunsidraw il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 31(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-ASE għandhom jivvalutaw jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jissodisfax is-subkriterji tal-“istadju 1” li ġejjin:
|
(a)
|
Is-subkriterju 4.1: is-sehem tal-għadd totali ta’ entitajiet finanzjarji, diżaggregat skont il-kategoriji tal-entitajiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554, li għalihom ma jkun hemm disponibbli l-ebda fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT alternattiv li jkollu l-kapaċità meħtieġa biex jipprovdi l-istess servizzi tal-ICT li jappoġġaw il-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji bħal dawk ipprovduti mill-fornitur terz rilevanti ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(b)
|
Is-subkriterju 4.2: is-sehem tal-għadd totali ta’ entitajiet finanzjarji, diżaggregat skont il-kategoriji tal-entitajiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554, li għalihom huwa diffiċli ferm li servizz tal-ICT ipprovdut mill-fornitur terz rilevanti ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġa funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji ssirlu migrazzjoni lejn fornitur terz ieħor ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
|
Artikolu 5 2
|
2. Is-subkriterju 4.1 stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
|
l-għadd ta' entitajiet finanzjarji ta' kategorija ta' entitajiet finanzjarji kif stabbiliti
fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554,
li għalihom ma jkun hemm disponibbli l-ebda fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT alternattiv
li jkollu l-kapaċità meħtieġa biex jipprovdi l-istess servizzi tal-ICT
li jappoġġaw il-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji
bħal dawk ipprovduti mill-fornitur terz rilevanti ta’ servizzi tal-ICT
|
|
l-għadd totali ta' entitajiet finanzjarji ta' dik il-kategorija ta' entitajiet finanzjarji
kif stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554
|
|
|
Artikolu 5 3
|
3. Is-subkriterju stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
|
l-għadd ta' entitajiet finanzjarji ta' kategorija ta' entitajiet finanzjarji kif stabbiliti
fl-Artikolu 2(1)tar-Regolament (UE) 2022/2554,
li għalihom huwa diffiċli ferm li servizz tal-ICT ipprovdut mill-fornitur terz rilevanti ta’
servizzi tal-ICT li jappoġġa funzjonijiet kritiċi jew importanti
ssirlu migrazzjoni lejn fornitur terz ieħor ta’ servizzi tal-ICT jew jiġi integrat mill-ġdid fih
|
|
l-għadd totali ta ' entitajiet finanzjarji tal-UE ta ' dik il-kategorija ta ' entitajiet finanzjarji
kif stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554
|
|
|
Artikolu 5 4
|
4. Fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandu jitqies li jkun issodisfa kemm is-subkriterju 4.1 kif ukoll is-subkriterju 4.2 meta jiġi ssodisfat wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
is-sehem tal-għadd totali ta’ entitajiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ikun ta’ minn tal-inqas 10 % tal-għadd totali tal-entitajiet finanzjarji għal kategorija ta’ entitajiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
(b)
|
is-sehem tal-għadd totali ta’ entitajiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ikun ta’ minn tal-inqas 10 % tal-għadd totali tal-entitajiet finanzjarji jew kategorija ta’ entitajiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
|
Artikolu 5 5
|
5. Meta jikkunsidraw il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 31(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2022/2554 u fil-każijiet li fihom il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jissodisfa s-subkriterji tal-“istadju 1” imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom iwettqu l-valutazzjoni tagħhom fid-dawl tas-subkriterju tal-“istadju 2” speċifikat fl-Artikolu 31(2), il-punt (d)(i) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|