+Artikolu 77 Setgħat tal-awtoritajiet li jipproteġu d-drittijiet fundamentali u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq
---+Artikolu 77 1.
---+Artikolu 77 1a.
---+Artikolu 77 1b.
---+Artikolu 77 2.
---+Artikolu 77 3.
---+Artikolu 77 4.

Artikolu 77 Setgħat tal-awtoritajiet li jipproteġu d-drittijiet fundamentali u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 77 1.
L-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali li jissorveljaw jew jinfurzaw ir-rispett tal-obbligi skont il-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni, għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu u jaċċessaw kull informazzjoni jew dokumentazzjoni maħluqa jew miżmuma mill-awtorità rilevanti tas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament b’lingwaġġ aċċessibbli u format li jinqara mill-magni b’mezzi elettroniċi, meta l-aċċess għal dik l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni jkun meħtieġ biex jeżegwixxu b’mod effettiv il-mandati tagħhom fil-limiti tal-ġuriżdizzjoni tagħhom. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi, il-kompiti, is-setgħat u l-indipendenza tal-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali rilevanti skont il-mandati tagħhom.
Artikolu 77 1a.
Soġġetta għall-kundizzjonijiet speċifikati f’dan l-Artikolu, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tagħti aċċess lill-awtorità jew il-korp pubbliku rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 għal tali informazzjoni jew id-dokumentazzjoni, inkluż billi titlob tali informazzjoni jew dokumentazzjoni mingħand il-fornitur jew l-implimentatur, meta meħtieġ u mingħajr dewmien indebitu.
Artikolu 77 1b.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw mill-qrib u jipprovdu assistenza reċiproka neċessarja lil xulxin biex jissodisfaw il-mandati rispettivi tagħhom, bl-għan li jiżguraw applikazzjoni koerenti ta’ dan ir-Regolament u tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu d-drittijiet fundamentali u jissimplifikaw il-proċeduri, filwaqt li jirrispettaw il-kompetenzi, il-kompiti, is-setgħat u l-indipendenza rispettivi tagħhom. Dan għandu jinkludi, b’mod partikolari, l-iskambju ta’ informazzjoni meta meħtieġa għas-superviżjoni jew l-infurzar effettivi ta’ dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni l-oħra rispettiva tal-Unjoni.
Artikolu 77 2.
Sat-2 ta’ Novembru 2024, kull Stat Membru għandu jidentifika l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi msemmija fil-paragrafu 1 u jagħmel lista tagħhom disponibbli għall-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-lista lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u għandhom iżommu l-lista aġġornata.
Artikolu 77 3.
Meta d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx suffiċjenti biex jiġi aċċertat jekk ikunx seħħ ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni li jipproteġi d-drittijiet fundamentali, l-awtorità jew il-korp pubbliku msemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jagħmlu talba motivata lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq, biex torganizza l-ittestjar tas-sistema tal-IA b'riskju għoli b'mezzi tekniċi. L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha torganizza l-ittestjar bl-involviment mill-qrib tal-awtorità jew tal-korp pubbliku rikjedenti fi żmien raġonevoli wara t-talba.
Artikolu 77 4.
Kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni miksuba mill-awtoritajiet jew mill-korpi pubbliċi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu skont dan l-Artikolu għandhom jiġu ttrattati f'konformità mal-obbligi ta' kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 78.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit