+Artikolu 7 Prodotti importanti b’elementi diġitali
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
|
Artikolu 7 Prodotti importanti b’elementi diġitali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Il-prodotti b’elementi diġitali li għandhom il-funzjonalità ewlenija ta’ kategorija ta’ prodotti stabbilita fl-Anness III għandhom jitqiesu bħala prodotti importanti b’elementi diġitali u għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 32(2) u (3). L-integrazzjoni ta’ prodott b’elementi diġitali li għandu l-funzjonalità ewlenija ta’ kategorija ta’ prodott stabbilita fl-Anness III ma għandhiex fiha nnifisha tagħmel il-prodott li fih ikun integrat soġġett għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 32(2) u (3).
|
|
Artikolu 7 2.
|
Il-kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, diviżi fil-klassijiet I u II kif stabbilit fl-Anness III, jissodisfaw mill-anqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
(a)
il-prodott b’elementi diġitali primarjament iwettaq funzjonijiet kritiċi għaċ-ċibersigurtà ta’ prodotti, networks jew servizzi oħra, inkluż l-iżgurar tal-awtentikazzjoni u l-aċċess, il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-intrużjoni, is-sigurtà tal-punt tat-tmiem jew il-protezzjoni tan-network;
(b)
il-prodott b’elementi diġitali jwettaq funzjoni li ġġorr riskju sinifikanti ta’ effetti negattivi f’termini tal-intensità u l-kapaċità tagħha li tfixkel, tikkontrolla jew tikkawża ħsara lil għadd kbir ta’ prodotti oħra jew għas-saħħa, is-sigurtà jew is-sikurezza tal-utenti tagħha permezz ta’ manipulazzjoni diretta, bħal funzjoni tas-sistema ċentrali, inkluż il-ġestjoni tan-network, il-kontroll tal-konfigurazzjoni, il-virtwalizzazzjoni jew l-ipproċessar ta’ data personali.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 61 biex temenda l-Anness III billi tinkludi fil-lista kategorija ġdida fi ħdan kull klassi tal-kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali u tispeċifika d-definizzjoni tagħha, iċċaqlaq kategorija ta’ prodotti minn klassi għal oħra jew tirtira kategorija eżistenti minn dik il-lista. Meta tivvaluta l-ħtieġa li tiġi emendata l-lista stabbilita fl-Anness III, il-Kummissjoni għandha tqis il-funzjonalitajiet relatati maċ-ċibersigurtà jew il-funzjoni u l-livell ta’ riskju għaċ-ċibersigurtà ppreżentat mill-prodotti b’elementi diġitali kif stabbilit mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom, fejn xieraq, jipprevedu perjodu minimu ta’ tranżizzjoni ta’ 12-il xahar, b’mod partikolari meta kategorija ġdida ta’ prodotti importanti b’elementi diġitali tiżdied mal-klassi I jew II jew tiġi mċaqalqa mill-klassi I għal II kif stabbilit fl-Anness III, qabel ma jibdew japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità rilevanti kif imsemmija fl-Artikolu 32(2) u (3), sakemm ma jkunx ġustifikat perjodu ta’ tranżizzjoni iqsar għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.
|
|
Artikolu 7 4.
|
Sal-11 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jispeċifika d-deskrizzjoni teknika tal-kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali taħt il-klassi I u l-klassi II kif stabbiliti fl-Anness III u d-deskrizzjoni teknika tal-kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali kif stabbiliti fl-Anness IV. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|