+Artikolu 7 3.

Artikolu 7 3.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 61 biex temenda l-Anness III billi tinkludi fil-lista kategorija ġdida fi ħdan kull klassi tal-kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali u tispeċifika d-definizzjoni tagħha, iċċaqlaq kategorija ta’ prodotti minn klassi għal oħra jew tirtira kategorija eżistenti minn dik il-lista. Meta tivvaluta l-ħtieġa li tiġi emendata l-lista stabbilita fl-Anness III, il-Kummissjoni għandha tqis il-funzjonalitajiet relatati maċ-ċibersigurtà jew il-funzjoni u l-livell ta’ riskju għaċ-ċibersigurtà ppreżentat mill-prodotti b’elementi diġitali kif stabbilit mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom, fejn xieraq, jipprevedu perjodu minimu ta’ tranżizzjoni ta’ 12-il xahar, b’mod partikolari meta kategorija ġdida ta’ prodotti importanti b’elementi diġitali tiżdied mal-klassi I jew II jew tiġi mċaqalqa mill-klassi I għal II kif stabbilit fl-Anness III, qabel ma jibdew japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità rilevanti kif imsemmija fl-Artikolu 32(2) u (3), sakemm ma jkunx ġustifikat perjodu ta’ tranżizzjoni iqsar għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit