+Artikolu 43 Proċedura ta’ notifika
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
---+Artikolu 43 5.
---+Artikolu 43 6.
|
Artikolu 43 Proċedura ta’ notifika
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
L-awtoritajiet notifikanti għandhom jinnotifikaw biss lill-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39.
|
|
Artikolu 43 2.
|
L-awtorità notifikanti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-użu tas-sistema ta’ informazzjoni New Approach Notified and Designated Organisations żviluppata u ġestita mill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 43 3.
|
In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità, il-modulu jew moduli ta’ valutazzjoni ta’ konformità u l-prodott jew prodotti b’elementi diġitali kkonċernati u l-attestazzjoni ta’ livell ta’ kompetenza rilevanti.
|
|
Artikolu 43 4.
|
Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 42(2), l-awtorità notifikanti għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-evidenza dokumentarja li tafferma l-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità u l-arranġamenti fis-seħħ biex ikun żgurat li dak il-korp jiġi sorveljat regolarment u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39.
|
|
Artikolu 43 5.
|
Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħrajn fi żmien ġimagħtejn minn notifika meta jintuża ċertifikat ta’ akkreditazzjoni jew fi żmien xahrejn minn notifika meta ma tkunx intużat akkreditazzjoni. Korp bħal dan biss għandu jitqies li huwa korp notifikat għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 43 6.
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu notifikati bi kwalunkwe tibdil sussegwenti rilevanti fin-notifika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|