+Artikolu 54 Proċedura fil-livell nazzjonali dwar prodotti b’elementi diġitali li jippreżentaw riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.
---+Artikolu 54 5.
---+Artikolu 54 6.
---+Artikolu 54 7.
---+Artikolu 54 8.
---+Artikolu 54 9.

Artikolu 54 Proċedura fil-livell nazzjonali dwar prodotti b’elementi diġitali li jippreżentaw riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 54 1.
Meta l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru jkollha raġuni suffiċjenti biex tqis li prodott b’elementi diġitali, inkluża l-ġestjoni tal-vulnerabbiltà tiegħu, jippreżenta riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà, hija għandha, mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn ikun xieraq, f’kooperazzjoni mas-CSIRT rilevanti, twettaq evalwazzjoni tal-prodott b’elementi diġitali kkonċernat fir-rigward tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont kif ikun meħtieġ.

Fejn, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li l-prodott b’elementi diġitali ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, hija għandha mingħajr dewmien tesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi xierqa kollha biex il-prodott b’elementi diġitali jġibu f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, jirtirah mis-suq jew isejjaħlu lura f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju għaċ-ċibersigurtà, skont kif tippreskrivi l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.

L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma lill-korp notifikat rilevanti kif meħtieġ. L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għall-azzjonijiet korrettivi xierqa.

Artikolu 54 2.
Huma u jiddeterminaw is-sinifikat ta’ riskju għaċ-ċibersigurtà msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkunsidraw ukoll fatturi ta’ riskju mhux tekniċi, b’mod partikolari dawk stabbiliti bħala riżultat ta’ valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà kkoordinati fil-livell tal-Unjoni tal-ktajjen tal-provvista kritiċi mwettqa f’konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Fejn awtorità tas-sorveljanza tas-suq ikollha raġuni suffiċjenti biex tqis li prodott b’elementi diġitali jippreżenta riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà fid-dawl ta’ fatturi ta’ riskju mhux tekniċi, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti maħtura jew stabbiliti skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u tikkoopera ma’ dawk l-awtoritajiet kif meħtieġ.
Artikolu 54 3.
Fejn l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tqis li n-nuqqas ta’ konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħha, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjonijiet li tkun esiġiet li jittieħdu mill-operatur ekonomiku.
Artikolu 54 4.
L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti b’elementi diġitali kollha kkonċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.
Artikolu 54 5.
Meta l-operatur ekonomiku ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tieħu l-miżuri proviżorji xierqa kollha biex tipprojbixxi jew tillimita lil dak il-prodott b’elementi diġitali milli jsir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħha, tirtirah minn dak is-suq jew issejjaħlu lura.

L-awtorità għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

Artikolu 54 6.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott b’elementi diġitali mhux konformi, l-oriġini ta’ dak il-prodott b’elementi diġitali, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u tar-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħudin u l-argumenti mressqin mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) 

nuqqas tal-prodott b’elementi diġitali jew tal-proċessi stabbiliti mill-manifattur li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I;

(b) 

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati, fl-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni, kif imsemmija fl-Artikolu 27.

Artikolu 54 7.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri, barra l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li jkun beda l-proċedura, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe miżura adottata u dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-prodott b’elementi diġitali kkonċernat, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.
Artikolu 54 8.
Fejn, fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ xi miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies bħala waħda ġustifikata. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet proċedurali tal-operatur ekonomiku kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Artikolu 54 9.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-prodott b’elementi diġitali kkonċernat, bħall-irtirar ta’ dak il-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit